Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Supervisor

     Nru. ta' Referenza Cirkulari HR/MHA/48/2025


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 17/04/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 05/05/2025 17:15
    Ministeru: Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A  
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Supervisor fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Is-salarju ta’ Supervisor huwa ta’ Skala ta' Salarju 15, li fis-sena 2025 huwa ta’ €18,188 fis-sena, li jiżdied b’€298 fis-sena sa massimu ta’ €19,976. .

2.3 Persuna fil-grad ta’ Supervisor titla’ fi Skala 14 (€19,591 x €316.83 - €21,492 fis-sena 2025) wara ħames (5) snin servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Supervisor fi Skala ta' Salarju 15.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Supervisor titla' fi Skala 13 (€21,042 x €335.50 - €23,055 fis-sena 2025) wara ħames (5) snin oħra servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Supervisor fi Skala ta' Salarju 14.

2.5 Il-persuni maħtura jkunu ntitolati wkoll għall-ħlas ta' 'class allowance' annwali ta' €1500.

2.6 Jekk il-persuna magħżula tkun impjegata ta’ organizzazzjoni fis-Settur Pubbliku aktar wiesgħa, hi tkun meħtieġa tagħmel l-arranġamenti tagħha sabiex tkun rilaxxata ma’ Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva.

2.7 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Supervisor jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jew impjegati tas-Settur Pubbliku, li huma:

(i) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwi tal-Malti u l-Ingliż.

U

(ii) fi Skala ta' Salarju mhux inqas minn Skala 18.jew Skala komparabbli fis-Settur Pubbliku. 

L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-eliġibbilita’ l-oħra kollha.

Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.

Fil-każ ta’ uffiċjali pubbliċi li japplikaw minn grad jew settur rilevanti barra mill-Klassi Industrijali u Superviżorja, ir-rekwiżit li jkun ikkonfermat ma japplikax.

Ladarba l-amministrazzjoni tintroduċi l-Kors ta' Ħiliet Superviżorji fil-Livell 1 dan għandu jitqies bħala pre-rekwiżit għad-dħul f'tali grad.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.       

Ministry / Department :

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva

Contact Persons :

Maureen Mahoney 

Direttur Ġenerali (People Management)

Address :

Diviżjoni tal-People Management, 

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, 

15, Palazzo Castellania, 

Triq il-Merkanti, 

Valletta, VLT 1171

Telephone :

+356 22992604

Email address :

[email protected] 

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.