Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Higher Specialist Trainee għal Resident Specialist

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MFH 1/2023


    Public Service Employees – Rolling Call  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 03/04/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 30/06/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument Promotion HST to RS - Eng 
Ara d-dokument Promozzjoni HST għal RS - Mlt 
Bħal dawk Mehmuż.

Dmirijiet

Bħal dawk Mehmuż.

Eliġibbiltà

4.1. Kandidati li jissottomettu l-interess tagħhom biex jiġu intervistati jeħtieġu li:
(i) jkunu mniżżla fir-Registru tal-iSpeċjalisti tal-ispeċjalita` rilevanti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew

(ii) jkunu approvati għall-inklużjoni fir-Registru tal-iSpeċjalisti tal-ispeċjalita` rilevanti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew

(iii) (a) jkollhom Ċertifikat ta’ Tkomplija tat-Taħriġ ta’ Speċjalist (CCST) maħruġ mill- Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti ta’ Malta għall-professjoni rilevanti, li turi li lapplikant lesta tali taħriġ ta’ speċjalist hekk kif mitlub għall-ispeċjalita` rilevanti; jew

(b) jkollhom kwalifika ta’ speċjalist ekwivalenti għal CCST għall-ispeċjalita` rilevanti, li hi maħruġa mill-awtorita` kompetenti fi Stat ieħor Membru tal-UE, hekk kif imniżżel f’Parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att tal-Professjoni tal-Kura tas-Saħħa ta’ Malta; jew

(c) jkollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta’ speċjalist dment li din trid tkun akkumpanjata bi stqarrija formali ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tali Speċjalisti ta’ Malta, li tgħid li l-kwalifiċi/ esperjenza huma suffiċjenti għat-tabib biex jiġi rreġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta bħala speċjalist f’dik l-iSpeċjalita` partikulari.

4.2. Kandidati li jtemmu b’suċċess li huma eliġibbli taħt paragrafu 4.1 (iii) (c) hawn fuq iridu jkunu mniżżla fir-Reġistru tal-iSpeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta qabel il-ħatra.

4.3. Kandidati li japplikaw fit-termini ta’ paragrafu 4.1 (iii) (b) u paragrafu 4.1 (iii) (c) hawn fuq iridu jottjenu stqarrija ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti li jikkonferma li lkwalifika tista’ tkun ikkunsidrata bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikat ta’ Tlestija tat-Taħriġ ta’ Speċjalist (CCST) maħruġ mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti ta’ Malta.

4.4. Kandidati li japplikaw fit-termini ta’ paragrafu 4.1(iii) (b) jew paragrafu 4.1(iii) (c) u li huma meħtieġa li jippreżentaw stqarrija mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti kif speċifikat hawn, għandha tinkludi kopja ta’ dik l-istqarrija mal-applikazzjoni tagħhom u d-dikjarazzjoni preżenti xorta tista’ tapplika, dment li jibgħatu kopja tal-istqarija hekk kif tkun għad-dispożizzjoni. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw l-istqarrija meħtieġa fi żmien il-perjodu ta’ xahar għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom jistgħu jitolbu għal estensjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien, sa xahar (1) ieħor, mill-Kap tad-Dipartimenti/ Direttorati li qed jilqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b’mod ċar, ir-raġunijiet għad-dewmien. Talbiet għal estensjoni lill hinn minn dan iż-żmien iridu jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Ministry / Department : Ministry for Health
Contact Persons : Maureen Mahoney, Director General (People Management)
Address : Palazzo Castellania, 15 Merchants Street, Valletta VLT 1171
Telephone : +356 22992604
Email address : recruitment.health@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.