Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Officer in Charge Detention Shifts

     Nru. ta' Referenza Cirkulari Nru. HR/MHSE 04/2020


    Dipartimentali  

    Indefinita  

    Oħrajn
    Data ppubblikata: 08/05/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 22/05/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Officer in Charge Detention Shifts Job Description 
1. Il-Kap tas-Servizz ta’ Detenzjoni, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Officer in Charge Detention Shifts fis-Sezzjoni ta' Detenzjoni fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Is-salarju ta’  Officer in Charge Detention Shifts huwa ta’ Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2020 huwa ta’  €19,350 fis-sena, li jiżdied b’€375.17 fis-sena sa massimu ta’ €21,601 .

2.3 Persuna fil-grad ta’ Officer in Charge Detention shifts titla’ fi Skala 10 (€20,603 x €407.67- €23,049) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.



Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal dan il-post ta' Officer in Charge Detention Shifts fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u l-għeluq tad-data ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu Uffiċċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Uffiċċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku, li huma kkonfermati fil-ħatra preżenti tagħhom u li:

a) ġew assimilati għall-grad ta’ Uffiċċjal tas-Servizz ta’ Detenzjoni skond il-ftehim settorali bejn il-Gvern u l-GWU dwar l-Uffiċċjali tas-Servizz ta’ Detenzjoni impjegati fis-Servizz Pubbliku u li l-ħatra tagħhom f’dan il-grad ġiet ikkonfermata;

JEW

b) Uffiċċjali tas-Servizz ta’ Detenzjoni li għaddew mill-perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur u li l-ħatra tagħhom f’dan il-grad ġiet ikkonfermata;

4.2 Uffiċċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.2 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.


Ministeru:
Servizz ta' Detenzjoni, 
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi
Kuntatt:
Elaine Galdes
Indirizz:
Safi Barracks, Safi
Telefon:
21 642768
Indirizz tal-Email:

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.