Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Manager II (Riżorsi Umani)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MTIP 5/2021


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 22/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 05/02/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A 
1. Id-Direttur (People Management), Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager II (Riżorsi Umani) fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar .

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra. 

2.3 Is-salarju ta’ Manager II (Riżorsi Umani)  huwa ta’ Skala ta’ Salarju 7, li fis-sena 2021 huwa ta’ €25,656 fis-sena, li jiżdied b’€531,17 fis-sena sa massimu ta’ €28,843.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Manager II fi Skala ta' Salarju 7 titla’ fi Skala ta' Salarju 6 (€27,327 x €596,33 - €30,905 fis-sena 2021) wara tliet (3) snin servizz bħala Manager II fi Skala ta' Salarju 7, jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.

2.5 Il-persuni maħtura jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

2.7 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.
  1. Il-persuni maħtura fil-flussi Maniġerjali/ta’ Uffiċjal/Prattikanti jridu jkunu servew fil-ħatra attwali tagħhom, u għandhom iservu f’din il-kariga għal minimu ta’ sentejn (2) qabel ma japplikaw lateralment. Dan mhuwiex applikabbli għal skopijiet ta’ promozzjoni, suġġett għall-kriterji ta’ eliġibbiltà pertinenti.
  2. L-uffiċjali l-oħra kollha għandhom jiġu kkonfermati fil-ħatra, u jekk jinħatru għandhom iservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn (2), qabel ma japplikaw lateralment. Din il-kundizzjoni tal-aħħar mhijiex applikabbli għal finijiet ta’ promozzjoni.
2.8 Mhux ser jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra.  Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam tal-Riżorsi Umani, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.
2.9 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

L-oġġettivi tal-post huma li jappoġġjaw il-funżjonijiet kollha tal-immaniġġjar tar-riżorsi umani inkluż l-ippjanar tarRiżorsi Umani, konformità tal-proċessi delegati u mmaniġġjar ta' ġestjoni tar-rekords/data/statistika aġġornati talimpjegati li fuqhom jittieħdu d-deċiżjonijiet Strateġiċi tar-Riżorsi Umani. Dan ir-rwol huwa kumplimentari għal dak ta' People Management. 

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Manager II (Riżorsi Umani) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkulari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu: 

Uffiċjali Pubbliċi jew Ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Ħaddiema tal-RSSL, li huma kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom. Uffiċjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw;

U
ikollhom Master's degree rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 krettu  ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) fil-Work and Human Resources Management jew Training and Development jew Public Administration jew Public Management jew Corporate Governance and Leadership jew Leadership and Organisational Behaviour jew Management and Leadership jew Strategy, Leadership and Change Management jew Industrial Relations and Workplace Learning jew Business Administration.

*Fin-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/EVCET kretti jew sistema oħra ta’ kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta’ studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma’ 60 ECTS/ECVET kretti. jista’ jintalab il-parir tal-MQRIC.

4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbiltà, basta jkunu fis-suġġetti mitluba. 

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija fil-paragrafu 4.1 xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura iridu jkunu ġabu jew ġew approvati għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Mejju, 2021. Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati għandhom jipproduċu l-kwalifika indikata qabel il-ħatra.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra tiġi ipso facto, awtomatikament terminata.

(a) Il-perjodu ta' prova u l-intitolament għall-progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra.
(b) Il-persuni maħtura ma jibbenefikaw minn ebda benefiċċji, sakemm jiksbu l-kwalifika jew ikunu approvati għall-kisba tal-kwalifika indikata, kif imsemmi f’paragrafu 4.1 jew 4.2.

4.4 Biex jiġi ddeterminat u kkumparat il-livell ta’ responsabbiltà tal-impjegati tas-Settur Pubbliku li bħalissa qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku u tal-ħaddiema tal-RSSL mal-livell ta’ responsabbiltà meħtieġ minn uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post, il-Bord tal-Għażla għandu dejjem u formalment jikkonsulta mad-Direttur/HR Manager responsabbli tal-entità rispettiva tas-Settur Pubbliku. 

4.5 L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entità rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entità, f’każ li ħaddiema tas-Settur Pubbliku jintgħażlu għall-post. Ħaddiema li jiġu magħżula għal dan il-post ikollhom l-impjieg tagħhom mal-RSSL awtomatikament terminat wara li jtemmu b’suċċess il-perjodu ta’ prova. 

4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).

Ministry:

 Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali

Contact Person:

Sharon Cauchi

Address :

Blokk A, Triq Francesco Buonamici, Furjana FRN 1700

Telephone :

22927864

Email address :

recruitment.mtip@gov.mt


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.