Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti (Saħħa) u is-Segretarju Permanenti (Anzjanità Attiva), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, jilqaw applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Pharmacist fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva.
Salarju
3.1 Is-salarju għall-pożizzjoni ta’ Pharmacist huwa Skala ta’ Salarju 9 (step 3), li fis-sena 2025 hija ekwivalenti għal €28,039.68 fis-sena, li tiżdied b’żidiet fis-sena ta’ €447.33 sa massimu ta’ €29,829.00.
3.2 Persuna fil-grad ta’ Pharmacist titla’ fi Skala 8 (€28,792.02 x €486.83 - €31,713.00 fis-sena) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti, li matul din, Pharmacist huwa suġġett għal placements fuq sistema ta’ rotazzjoni, kif indikat mill-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien, fis-setturi varji tasservizz pubbliku.
Matul dan il-perjodu ta’ żmien fil-grad ta' Pharmacist, il-kandidati li jintemmu b’suċċess iridu jiksbu Certificate of Completion of General Professional Training (CCGPT). Sa kemm tali żmien li dan il-programm ta’ taħriġ ikun fisseħħ, dan ir-rekwiżit jiġi mneħħi.
3.3 Persuna fil-grad ta’ Pharmacist tiġi promossa għall-grad ta’ Senior Pharmacist fi Skala 7 (€30,506.98 x €531.17 - €33,694.00 fis-sena) wara sitt (6) snin servizz fil-grad ta’ Pharmacist, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
Ladarba is-Certificate of Completion of General Professional Training (CCGPT) ikun għaddej, il-progression għal Senior Pharmacist fi Skala ta’ Salarju 7 tkun wara sentejn (2) snin ta' servizz sodisfaċenti fi Skala ta’ Salarju 8 u tlestija b'suċċess tas-CCGPT.
3.4 Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji l-oħra tali, u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra tali li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti..
Dmirijiet
4.1 Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Pharmacist jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
4.2 Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Management.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjoni, l-applikanti jridu jkunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi u jissodisfaw ir-rekwiżiti ddikjarati fil-paragrafi 5.1 (ii) sa 5.2. Il-ħatra ta’ dawn il-kandidati tkun mingħajr preġudizzju għall applikant li jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ eliġibbiltà u li jingħata permess tax-xogħol skont irregolamenti nazzjonali applikabbli, kif ukoll li jkun jista’ jissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dħul fit-territorju Schengen.Kull proċess isir b’mod indipendenti u suġġett għall-ipproċessar ta’ diliġenza dovuta mill-awtoritajiet kompetenti Maltin.
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima talEspatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta' dawn il-kandidati tkun jeħtieġu l-ħruġ ta’ liċenzja ta’ impjieg safejn dan ikun meħtieġ mill-Att dwar lImmigrazzjoni u leġislazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
(a) profiċjenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li m’humiex profiċjenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma jridu jipprovdu evidenza ta’ profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma tal-ħatra li hi fi żmien sena (1) mill-ingaġġ, billi jgħaddu b’suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 u Part 2 tal-Università ta’ Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 u Part 2 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. Kwalunkwe spejjeż tal-kors jew assessjar tiegħu jkunu mħallsa mill-kandidati prospettivi. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jiġu applikati biex jitħallsu lura permezz tal-iSkema tal-Continuous Pharmacy Education (CPE).
U
- ii (b) profiċjenti fil-lingwa Ingliża; Billi jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;
JEW
jipprovdu sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (International English Language Testing System) ta' band score medju ta' 6 jew ogħla f'dominji ta' komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta' band score medju ta' 6) eż. GCSE / Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT): 60-80, CEFR: B2 jkunu aċċettati;
JEW
- jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta' xogħol iċċertifikata full time bħala Pharmacist fir-Renju Unit jew fl-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellmu l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa llingwa primarja u / jew uffiċjali.
U
iii. fil-pussess ta’ warrant biex jipprattikaw bħala Pharmacist f’Malta.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
5.3 Din is-sejħa pubblika qed tiġi ppublikata fl-istess waqt ma' sejħa Pubblika għall-post ta' Post of Pharmacist fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ta' nhar il-Ġimgħa 4 ta' April 2025. Applikanti li jgħaddu taħt is-sejħa Pubblika jingħataw preċedenza fuq dawk li jgħaddu taħt is-sejħa Definita. Barra minn hekk, persuna tista' tiġi kkunsidrata għall-ħatra biss jekk ikun hemm post vakanti fi żmien tal-validita' tar-riżultat.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Diviżjoni tal-People Management Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva |
Contact Persons : | Ms. Maureen Mahoney Director General (People Management) |
Address : | 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti Valletta, VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.