Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Technical Officer

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MG 11/2023


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 17/03/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 03/04/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru għal Għawdex
    Dipartiment: Diviżjoni tal-Istrateġija u Sapport

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għal Għawdex jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Technical Officer fil-Ministeru għal Għawdex.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Is-salarju ta’ Senior Technical Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2023 huwa ta’ €21,630.00 fis-sena, li jiżdied b’ €375.17 fis-sena sa massimu ta’ €23,881.02.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Senior Technical Officer titla’ fi Skala 10 (€23,029.57 x €407.67 - €25,475.59) fis-sena 2023 wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4 Persuna maħtura tkun intitolata għal benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Unjins kompetenti.

2.5. Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.



Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Technical Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta' karriera differenti jew f'pożizzjoni definita. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibli, u:

(i) huma fil-grad ta' Technical Officer;

JEW

(ii) ikollhom Higher Technician Diploma (HTD) f' Livell 5 tal-MQF (li jkollha minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*), f' qasam tekniku relatat jew kwalifika komparabbli f' Livell 5 tal-MQF;

JEW

(iii) ikollhom kwalifika rikonoxxuta (sentejn (2) full-time jew ekwivalenti) f' Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta' 120 ECTS/ECVET kretti jew ekwivalenti*), f' qasam tekniku relatat, jew kwalifika komparabbli flimkien ma' sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata.

Il-Higher Technician Diploma (HTD) hija meqjusa bħala kwalifika f' Livell 5 tal-Malta Qualifications Framework (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*).  Persuna li jkollha kwalifika rikonoxxuta f' Livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 120 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*), segwita b'sentejn esperjenza xierqa u ppruvata, titqies bħala li tissodisfa l-klawsola 'Higher Technician Diploma' jew kwalifika xierqa u ekwivalenti li tinsab f'paragrafu 4.1 (ii).

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 60/120 krettu, hekk kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mall-applikazzjoni.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala  ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Kwalifiki f’ livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għall-finijiet ta’ eleġibbiltà, basta jkunu fis-suġġetti mitluba. 

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifika msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati.  Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika nkwistjoni.

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta' studju rikonoxxut f' livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkundsidrati wkoll.  Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

4.8 Uffiċjali Pubbliċi li jgħixu Għawdex iżda li jaħdmu Malta, u li għandhom grad sustantiv bħal ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, jistgħu japplikaw lateralment.  F' każ li jintgħażlu, dawn l-Uffiċjali Pubbliċi jiġu trasferiti għall-Ministeru għal Għawdex, u jżommu l-grad u s-salarju tagħhom.  Huwa kkjarifikat li dawn il-kandidati ma jingħatawx marki addizzjonali fil-proċess tal-għażla għal pussess ta' kwalifiki li huma rekwiżiti tal-eleġibbilta` skont din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Ministry / Department :

 Ministeru għal Għawdex

Contact Persons :

 Isabella Grech

Address :

 Fergħa tal-People Management

 Direttorat għas-Servizzi Korporattiv

 Ministeru għal Għawdex

 Pjazza San Franġisk

 Rabat, Għawdex

Telephone :

 22155331

Email address :

 isabella.a.grech@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.