Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Learning Support Educator Supplimentari (SLSE) fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Salarju
3.1. Is-salarju għall-pożizzjoni ta' SLSE huwa ekwivalenti għall-minimu ta' Skala ta' Salarju 14 li fl-2025 huwa ta' €19,591.02 fis-sena.
3.2. Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal kundizzjonijiet u obbligi oħra kif jistgħu jkunu stipulati fil-Ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers (MUT) kif iffirmat fil-15 t a' Lulju 2024.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ SLSE jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża; U
iii. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta (Degree) fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 krettu tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) jew kwalifika komparabbli; JEW
iv. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta (Certificate) fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 30 krettu tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) jew kwalifika komparabbli U għandhom fil-pussess tagħhom livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF jew għaddew mill-eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti flimkien ma’ kwalunkwe pass ieħor fil-livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF; JEW
v. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 60 krettu tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) jew kwalifika komparabbli U għandhom fil-pussess tagħhom livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF jew għaddew mill-eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti flimkien ma’ kwalunkwe pass ieħor fil-livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF; JEW
vi. fil-pussess ta’ kwalunkwe suġġett fil-Livell ta’ Matrikula Avvanzata Livell “A” (A-E) kwalifiki rikonoxxuti fil-Livell 4 tal-MQF U għandhom fil-pussess tagħhom livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF jew għaddew mill-eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti flimkien ma’ kwalunkwe pass ieħor fil-livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF.
vii. Hija ir-responsabbilità tal-applikant li japplika għal-eżami/eżamijiet ta’ kwalifika u/jew għal-Livell Ordinarju/SEC. It-Testijiet/il-kwalifiċi tal-Profiċjenza mhux ħa jiġu aċċettati.
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ta' 30/60/120/180 ECTS/ECVET kretti, kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni ta' rikonoxximent tal-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2. (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 (iii), (iv), (v) u (vi) jew inkella kif indikat fil-paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf
xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika.fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation |
Contact Persons : | Riżorsi Umani |
Address : | Triq l-Assedju l-Kbir, Floriana |
Telephone : | 2598 0000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.