Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Higher Specialist Trainee (Mediċina tal-Aċċident u Emerġenza) fid-Dipartiment tal-Aċċident u Emerġenza fl=Isptar Mater Dei

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern 16/09/2022


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 16/09/2022 12:00
    Data tal-għeluq: 03/10/2022 17:15
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa
    Dipartiment: Sptar Mater Dei

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Job description 
Ara d-dokument Declaration form 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u s-Segretarju Permanenti,  Ministeru  għalL-Anzjanita' Attiva, jilqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Higher Specialist Trainee (Varji) fil-Ministeru għas-Saħħa u fil-Ministeru għall-Anzjanita' Attiva.

1.2 Vakanzi jeżistu fl-ispeċjalitajiet li ġejjin:

1. Mediċina tal-Aċċident u Emergenza fid-Dipartiment tal-Acċċident u Emerġenza fil-Ministeru għas-Saħħa;
2. Ġerjatrija Akuta u Mediċina Ġenerali/ Interna  fid-Dipartiment tal-Mediċina fil-Minister għas-Saħħa;
3. Anestetika u Kura Intensiva fid-Dipartiment tal-Anesteżija, Kura Intensiva, u Maniġġ tal-Uġiegħ fil-Ministeru għas-Saħħa;.
4. Baromediċina fid-Dipartiment tal-Mediċina fil-Ministeru għas-Saħħa;
5. Kardjoloġija fid-Dipartiment tas-Servizzi Kardjoloġi fil-Ministeru għas-Saħħa;
6. Kirurġija Kardjotoraċika fid-Dipartiment tas-Sevizzi Kardjoloġi fil-Ministeru għas-Saħħa;
7. Onkoloġija Klinika fid-Dipartiment tal-Imatoloġija u Onkoloġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
8. Dermatoloġija fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija u Venereoloġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
9. Dijabete, Endokrinoloġija u Mediċina Ġenerali/Interna fid-Dipartiment tal-Mediċina fil-Ministeru għas-Saħħa;
10.Gastroenteroloġija u Mediċina Ġenerali/Interna fid-Dipartiment tal-Mediċina fil-Ministeru għas-Saħħa;
11. Mediċina Ġenerali/Interna fid-Dipartment tal-Mediċina fil-Ministeru għas-Saħħa;
12.Kirurġija Ġenerali fid-Dipartiment tal-Kirurġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
13.Ġenetika fid-Dipartiment tal-Patoloġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
14.Mediċina Ġentio-urinarja fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija u Venereoloġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
15.Ġerjatrija fid-Dipartiment tal-Ġerjatrija fil-Ministeru għall-Anzjanita' Attiva';
16.Imatoloġija fid-Dipartiment tal -Onkoloġija u Imatoloġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
17.Mikrobioloġija Medikali (inkluż Batterjoloġija, Viroloġija, Mikoloġija, Parasitoloġija u Kontroll Infettiv) fid- Dipartiment tal-Patoloġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
18.Neonatoloġija fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti fil-Ministeru għas-Saħħa;
19.Newroloġija fid-Dipartiment tan-Newroxjenzi fil-Ministeru għas-Saħħa;
20. Nefroloġija u Mediċina Ġenerali/Inerna fid-Dipartiment tal-Mediċina fil-Ministeru għas-Saħħa;
21.Ostetriċja u Ġinekoloġija fid-Dipartiment tal-Ostetriċja u Ġinekoloġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
22.Oftalmoloġija fid-Dipartiment tal-Oftalmoloġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
23.Kirurġija Ortopedika fid-Dipartiment tal-Kirurġija Ortopedika, Trawma u Mediċina tal-iSport fil-Ministeru għas-Saħħa;
24.Otorinolaringoloġija fid-Dipartiment tal-Otorinolaringoloġija fid-Dipartiment tal-Kirurġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
25. Pedjatrija fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti fil-Ministeru għas-Saħħa;
26. Pedjatrija b'interess speċjali fin-Newroloġija Pedjatrika fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti fil-Ministeru għas-Saħħa;
27. Pedjatrija b'interess speċjali fil-Kardjoloġija Pedjatrika fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti fil-Ministeru għas-Saħħa;
28. Pedjatrija b'interess speċjali fl-Endokrinoloġija Pedjatrika fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti fil-Ministeru għas-Saħħa;
29. Pedjatrija b'interess speċjali fil-Mard Infettiv tal-Pedjatrija fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti fil-Ministeru għas-Saħħa; 
30. Pedjatrija b'interess speċjali fin-Nefroloġija Pedjatrika fid-Dipartiment għas-Saħħa tat-Tfal u Adoloxxenti fil-Ministeru għas-Saħħa;
31. Kirurġija Pedjatrika fid-Dipartiment tal-Kirurġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
32. Mediċina Palljattiva fid-Dipartiment tal-Imatoloġija u Onkoloġija gil-Ministeru għas-Saħħa;
33. Kirurġija tal-Plastika fid-Dipartiment tal-Kirurġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
34. Psikjatrija fid-Dipartiment tal-Psikjatrija fil-Ministeru għas-Saħħa;
35. Mediċina għas-Saħħa Pubblika fid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fil-Ministeru għas-Saħħa;
36. Mediċina Respiratorja u Mediċina Ġenerali/Interna fid-Dipartiment tal-Mediċina tal-Ministeru għas-Saħħa;
37. Radjoloġija fid-Dipartiment tal-Immaġini Medikali fil-Ministeru għas-Saħħa;
38.Rumatoloġija u Mediċina Ġenerali/ Interna fid-Dipartiment tal-Mediċina fil-Ministeru għas-Saħħa;
39. Uroloġija fid-Dipartiment tal-Kirurġija fil-Ministeru għas-Saħħa;
40. Kirurġija Vaskulari fid-Dipartiment tal-Kirurġija fil-Ministeru għas-Saħħa.

3. Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Higher Specialist Trainee huwa ekwivalenti għall-massimu ta' Skala ta' Salarju 6 (li fis-sena 2022 huwa €31,710 fis-sena), bi grad sustantiv ta' Senior Staff Grade li jibda mit-tielet tarġa ta' Skala ta' Salarju 6 (li fis-sena 2022 huwa €29.324.66), flimkien ma' Specialisation Allowance ta' €6,230 fis-sena għall-ewwel sentejn, u titla' għal €6,750 mit-tielet sena 'l quddiem, li titħallas fi tlettax il-pagament ugwali kull sena.



Dmirijiet



4.1 Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Higher Specialist Trainee jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

4.2 Persuna appuntata tista' tkun rikjesta twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa f'Malta u/ jew fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

4.3 Persuni maħtura jiġu stazzjonati fil-Ministeru rispettiv skont l-esiġenzi tas-servizz u l-ittri tal-ħatra jinħarġu mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familjijew
    6. fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

i. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża;

ii. fil-pussess bi sħiħ ta' Warrant (reġistrazzjoni bi sħiħ bħala tabib mal-Kunsill Mediku ta' Malta) u sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2023, fil-pussess ta' Ċertifikat ta' Tlestija tal-Basic Specialist Training (CCBST) maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Ispeċjalisti (SAC) ta' Malta jew ekwivalenti u fil-każ ta'  Mediċina Palljattiva u Ġenetika, Ċertifikat ta' Tlestija ta' Taħriġ speċjaliżżat fil-Mediċina tal-Familja jekk se japplikaw b'dan iċ-Ċertifikazzjoni jew ekwivalenti.

Qed jiġi kkjarifikat li qabel il-ħatra, persuna li qed tapplika għall-pożizzjoni ta' Higher Specialist Trainee:

1. fil-Mediċina tal-Aċċident u Emerġenza teħtieġ CCBST fil-Mediċina tal-Aċċident u Emerġenza jew ekwivalenti;
2. fil-Ġerjatrija Akuta u Mediċina Ġenerali/ Internat teħtieġ CCBST fil- Mediċina Generali/ Interna jew ekwivalenti;
3. fl-Anestetika u Kura Intensiva teħtieġ CCBST fl-Anestesija u Kura Intensiva jew ekwivalenti;
4. fil-Baromediċina teħtieġ CCBST fil-Mediċina jew CCBST fl-Anestesija u Kura Intensiva jew CCBST fil-Mediċina tal-Aċċident u Emergenza jew ekwivalenti;
5. fil-Kardjoloġija teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/ Interna jew ekwivalenti;
6. fil-Kirurġija Kardjotoraċika teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
7. fl-Onkoloġija Klinika teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/ Interna jew ekwivalenti;
8. fid-Dermatoloġija teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/ Interna jew ekwivalenti;
9. fid-Dijabete, Endokrinoloġija u Mediċina Ġenerali/Interna teħtieġ CCBST fil-Mediċina Generali/ Interna jew ekwivalenti;
10. fil-Gastroenteroloġija u Mediċina Ġenerali/Interna teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/ Interna jew ekwivalenti;
11. fil-Mediċina Ġenerali/ Interna teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
12. fil-Kiruġija Ġenerali teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
13. fil-Ġenetika teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew CCBST fil-Pedjatrija jew CCST fil- Mediċina tal-Familja jew ekwivalenti;
14. fil-Mediċina Ġenito Urinarja teħtieġ CCBST fil- Mediċina Ġenerali /Interna jew ekwivalenti;
15. fil-Ġerjatrija teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
16. fl-Imatoloġija teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew fl-Imatoloġija jew fil-Pedjatrija jew ekwivalenti;
17. fil-Mikrobioloġija Medikali (inkluż Batterjoloġija, Viroloġija, Mikoloġija Parasitoloġija u Kontroll Infettiv teħtieg CCBST fil-Mikrobijoloġija Medikali jew ekwivalenti;
18. fin-Neonatoloġija teħtieġ CCBST fil-Paedjatrija jew ekwivalenti;
19. fin-Newroloġija teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
20. fin-Nefroloġija teħtieġ CCBST fil-Medicina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti;
21. fl-Ostetriċja u Ġinekoloġija teħtieġ CCBST fl-Ostetriċja u Ġinekoloġija jew ekwivalenti;
22. fl-Oftalmoloġija teħtieġ CCBST fl-Oftalmoloġija jew ekwivalenti;
23. fil-Kirurġija Ortopedika teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
24. fl-Otorinolaringoloġija teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
25. fil-Pedjatrija teħtieġ CCBST fil-Paedjatrija jew ekwivalenti;
26. fil-Pedjatrija b'interess speċjali fin-Newroloġija Pedjatrika teħtieġ CCBST fil-Pedjatrija jew ekwivalenti;
27. fil-Pedjatrija b'interess speċjali fil-Kardjoloġija teħtieġ CCBST fil-Pedjatrija jew ekwivalenti;
28. fil-Pedjatrija b'interess speċjali fl-Endokrinoloġija teħtieġ CCBST fil - Pedjatrija jew ekwivalenti;
29. fil-Pedjatrija b'interess speċjali fil-Mard Infettiv teħtieġ CCBST fil-Pedjatrija jew ekwivalenti;
30. fil-Pedjatrija b'interess speċjali fin-Nefroloġija tal-Pedjatrika teħtieġ CCBST fil- Pedjatrija jew ekwivalenti;
31. fil-Kirurġija Pedjatrika teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
32. fil-Mediċina Paljattiva teħtieġ jew CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivalenti jew CCBST fl-Anesteżija u l-Kura Intensiva jew ekwivalenti jew CCST tal-Mediċina tal-Familja jew ekwivalenti;
33. fil-Kirurġija tal-Plastika teħtieġ CCBST fil-Kirurġija jew ekwivalenti;
34. fil-Psikjatrija teħtieġ CCBST fis-Psikjatrija jew ekwivalenti;
35. fil-Mediċina għas-Saħħa Pubblika teħtieġ CCBST fil-Mediċina għas-Saħħa Pubblika jew ekwivalenti;
36. fil-Mediċina Respiratorja teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna  jew ekwivalenti;
37. fir-Radjoloġija teħtieġ CCBST fir-Radjoloġija jew ekwivalenti;
38. fir-Rumatoloġija u Mediċina Ġenerali/Interna teħtieġ CCBST fil-Mediċina Ġenerali/Interna jew ekwivlenti;
39. fl-Uroloġija teħtieġ CCBST fil-Kiruġija jew ekwivalenti;
40. fil-Kirurġija Vaskulari fid-Dipartiment tal-Kirurġija.

Hija r-responsabilita' tal-applikanti fil-pussess ta' Ċertifikat ta' Tlestija tal-Basic Specialist Training  (CCSBST) jew taħriġ ekwivalenti maħruġ minn instituzzjonijet ta' akkreditazzjoni oħra barra mill-Kumitat dwar l-Approvazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta, li juru dikjarazzjoni ta' rikonoxximent dwar il-komparabilita' ta' ċertifikazzjoni ta' tlestija tal-Basic Specialist Training, liema dikjarazzjoni tkun trid tiġi mehmuża mal-applikazzjoni, bl-oriġinali tintwera waqt l-intervista. Kandidati mhux fil-pussess tad-dikjarazzjoni meħtieġa xorta jkunu jistgħu japplikaw, dment li jibagħtu kopja tad-dikjarazzjoni, maħruġa mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti (SAC) ta' Malta, lid-Diviżjoni riċeventi kif tkun għad-dispożizzjoni tagħhom u, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet lil  'hinn mill-kontroll tagħhom, jistgħu jitolbu għal estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien, sa xahar (1) ieħor lill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b'mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien. Estensjonijiet lil' hinn minn dan il-perjodu għandhom jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku

Fil-każ tal-Mediċina Paljattiva u Ġenetika, hija r-responsabilita' tal-applikanti fil-pussess ta' Ċertifikat ta' Tlestija tat-Taħriġ Speċjaliżżat (CCST) jew taħriġ ekwivalenti maħruġ minn instituzzjonijet ta' akkreditazzjoni oħra barra mill-Kumitat dwar l-Approvazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta, li juru dikjarazzjoni ta' rikonoxximent dwar il-komparabilita' ta' ċertifikazzjoni ta' tlestija tal- iSpecialist Training, jekk l-applikant se japplika b'din iċ-ċertifikazzjoni, liema dikjarazzjoni tkun trid tiġi mehmuża mal-applikazzjoni, bl-oriġinali tintwera waqt l-intervista. Kandidati mhux fil-pussess tad-dikjarazzjoni meħtieġa xorta jkunu jistgħu japplikaw, dment li jibagħtu kopja tad-dikjarazzjoni, maħruġa mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti (SAC) ta' Malta, lid-Diviżjoni riċeventi kif tkun għad-dispożizzjoni tagħhom u, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet lil 'hinn mill-kontroll tagħhom, jistgħu jitolbu għal estensjoni ta' dan il-limitu ta' żmien, sa xahar (1) ieħor lill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b'mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien. Estensjonijiet lil' hinn minn dan il-perjodu għandhom jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Qed jiġi kkjarifikat li sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2023, l-applikanti għandhom jkollhom ir-rekwiżiti kollha msemmija hawn fuq, li jridu fi kwalunkwe każ jinkisbu qabel il-ħatra.

5.2 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet, mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kienux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.

5.3 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.2 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

5.4 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-ministeru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

All Specialties except for Geriatrics

Ministry/Division:     Ministry for Health
Contact Person:        Maureen Mahoney, Director General (People Management)
Address:                     Palazzo Castellania, 15 Merchant Street, Valletta VLT 1171
Telephobne:              + 356 22992609 Email
Adress:                       rectuitment.health@gov.mt


GERIATRICS

Ministry/Department : Ministry for Active Ageing
Contact Persons:           Mr Michael Mizzi - Director Office of the Permanent Secretary for Geriatrics only
Address :                         Palazzo Spinola, 46, St. Christopher Street, Valletta, VLT 1464
Telephone:                     +356 25903058
Email Address :               hr.mfaa@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.