Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Duties - TO (SITE) MT & EN |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali għall-Operat, f'isem is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Technical Officer (Site Co-Ordination) fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.
2.2 Is-salarju ta’ Tehnical Officer (Site Co-Ordination) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2021 huwa ta’ €18,724 fis-sena, li jiżdied b’€354 fis-sena sa massimu ta’ €20.848.
2.3 Il-persuna nnominata tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim relevanti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Union kompetenti.
2.4 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.
2.5 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Technical Officer (Site Co-Ordination) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku għandom ikunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom u li huma:
i) ikkonfermati fil-grad ta' Assistant Technical Officer; JEW
ii) ikkonfermati fil-ħatra ta' Senior Technician jew Senior Tradesman u li jkollhom Higher Technician Diploma (HTD) f'Livell 5 tal-MQF (li jkollha minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*) f'qasam tekniku relatat jew kwalifika kumparabbli f'Livell 5 tal-MQF; JEW
iii) fil-grad ta' Senior Technician jew Senior Tradesman, liema ħatra tagħhom f'tali grad tkun ġiet ikkonfermata u fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta (ta' sentejn (2) full-time jew ekwivalenti*) f'Livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 120 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*), f'qasam tekniku relevanti, jew kwalifika xierqa, rikonoxxuta, kumparabbli u sentejn (2) esperjenza xierqa approvata.
Il-Higher Technician Diploma hija meqjusa bħala kwalifika f'Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*). Persuna li jkollha kwalifika rikonoxxuta f'Livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 120 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*), segwita b'sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata, titqies bħala li tissodisfa l-klawsola 'Higher Technican Diploma jew kwalifika xierqa u ekwivalenti' li tinsab f'paragrafu 4.1(ii).
*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa kumparabbli ma' 60/120 ECTS/ECVET kretti (skont kif applikabbli). Jista' jintalab il-parir ta' MQRIC.
4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba.
4.4. Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji ta' eliġibilta’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar |
Contact Persons : | Olivia Rossitto, Manager II |
Address : | 6, Triq Ħal Qormi, Sta Venera SVR 1301 |
Telephone : | 23316264 |
Email address : | humanresources.mecp@gov.mt |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.