Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    POST TA’ ASSISTANT MANAGER (ACCOUNTING AND FINANCE) FIL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

     Nru. ta' Referenza Government Gazette dated 28/02/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali Negozju u Finanzi
    Data ppubblikata: 28/02/2020 14:00
    Data tal-għeluq: 29/05/2020 12:00
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Assistant Manager (Accounting and Finance) fil-Ministeru għas-Saħħa.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati iridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Assistant Manager (Accounting and Finance) li jidħol fil-grad bir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà ta’ paragrafu 4.1 (iii) (a) jew (iii) (c) huwa ta’ Skala ta’ Salarju 12, li fis-sena 2020  huwa ta’  €18,142  fis-sena, li jiżdied b’€354 fis-sena sa massimu ta’ €20,266.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager (Accounting and Finance) fi Skala ta’ Salarju 12 tipprogressa għal Skala 11 (€19,350 x €375.17 - €21,601 fis-sena 2020) mal-kisba ta’ Diploma fil-Livell 5 tal-MQF kif imsemmija fil-paragrafu 4.1(iii) (b), f’perjodu ta’ mhux iktar minn sentejn (2) mid-data tal-ħatra, fejn fil-każ li dan ma jseħħx, il-ħatra tiġi mneħħija.

2.5 Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager (Accounting and Finance) li tissodisfa l-klawsola 4.1 (iii) (b) titpoġġa fi Skala ta’ Salarju 11, u tipprogressa fi Skala 10 (€20,603 x €407.67 - €23,049 fis sena 2020) wara tliet (3) snin servizz fil-grad fi Skala ta’ Salarju 11, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.6 Ġaladarba jiġi appuntat għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-kandidat maħtur jiġi rikjest biex jirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni oħra li attwalment il-proċess tagħha fi ħdan is-Servizz Pubbliku jkun għadu għaddej u li dakinhar tad-data tal-ħatra jkun għadu pendenti, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet għall-applikazzjonijiet tal-Assistenti Diretturi.

2.7 Applikazzjonijiet laterali minn Uffiċjali Pubbliċi, li diġà għandhom ħatra fl-istess grad imsemmi f’din is-sejħa, huma aċċettati biss bil-kundizzjoni li l-ispeċjalizzazzjoni marbuta ma’ din il-vakanza hija differenti minn dik relatata mal-ħatra kurrenti tal-applikanti u liema vakanza tirrikjedi kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit tal-eliġibbiltà, li l-applikant huwa mistenni li jissodisfa.
  1. Il-kandidati magħżula jridu jservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjonijiet tal-Assistenti Diretturi.
2.8 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam tal-Accounting and Finance, suġġett għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti u l-eżiġenzi  tal-management.

2.9 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

3.  Id-dmirijiet ta’ Assistant Manager (Accounting and Finance) jinkludu li:
  1. iwettaq dmirijiet relatati ma’ tranżazzjonijiet ta’ flus kontanti u ċekkijiet. Dan jinkludi l-ipproċessar f’waqtu ta’ tranżazzjonijiet, verifiki, rekordjar, aġġustamenti, rendikont (tracking) u rikonċiljazzjoni;

  2. jassigura li l-approvazzjonijiet ikunu disponibbli qabel l-ipproċessar ta’ tranżazzjonijiet, li l-ammonti mħallsin ikunu korretti u li tinżamm il-proċedura;

  3. jieħu ħsieb iż-żamma tal-kotba (book keeping) elementari u jassisti fit-tħejjija taż-żamma ta’ kontijiet (accounts) bħalma huma bilanċi tar-reġistru (ledger) u sottomissjonijiet oħra rilevanti. Dan jinkludi dmirijiet relatati mat-tranżizzjoni tal-Gvern lejn sistema ta’ accrual accounting;

  4. jikkontribwixxi għall-analiżi, verifiki u spezzjonijiet, li jistgħu jinkludu spezzjonijiet fuq il-post u ċċekkjar bla notifikazzjoni;

  5. jassisti fil-kompilazzjoni ta’ rapporti, fosthom il-kompilazzjoni ta’ evidenza għall-proċedimenti legali u informazzjoni li tirrigwarda Mistoqsijiet Parlamentari;

  6. jassisti fl-ippjanar u l-kontroll ta’ baġit taħt superviżjoni, waqt li jressaq materji rilevanti għall-attenzjoni tal-uffiċjal li jkun qed jagħmel is-superviżjoni kif ikun neċessarju. Dan jinkludi r-reviżjonijiet tal-baġits proposti u l-verifika tal-line items u l-infiq kollha biex tiġi żgurata l-eżattezza; 

  7. jivvaluta, taħt superviżjoni, virements fi ħdan il-Voti kif ukoll talbiet għall-fondi addizzjonali u l-Estimi Riveduti;

  8. jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ implimentazzjoni ta’ proġett inklużi proċessi ddelegati, u għall-identifikazzjoni ta’ titjib tal-proċess għal raġuni ta’ simplifikazzjoni, innovazzjoni u valur miżjud;

  9. iżomm ruħu aġġornat ma’ standards ta’ kontabbiltà (accounting), leġiżlazzjoni finanzjarja u politiki tal-Gvern;

  10. iżomm ruħu aġġornat ma’ sistemi bażiċi ta’ kontabbiltà (accounting), proċeduri u applikazzjonijiet, u jsegwi taħriġ kif jintalab jagħmel; 

  11. jikkordina u jipparteċipa f’laqgħat, iżomm il-minuti tal-laqgħat u jara li l-azzjoni meħtieġa titwettaq;

  12. jassisti f’ħidmiet ta’ kuljum, li jinkludu l-immaniġġjar u d-distribuzzjoni ta’ korrispondenza u talbiet għal informazzjoni, iżomm ir-rekords, kif ukoll l-inputtjar u l-aġġornar ta’ informazzjoni bbażata fuq kompjuter u databases; 

  13. dmirijiet oħra skont struzzjonijiet mogħtija mid-Direttur, id-Direttur Ġenerali u s-Segretarju Permanenti; u

  14. dmirijiet oħra skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni  tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar ‘Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)’, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji.
Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

U
  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża. Dawk il-kandidati li m’għandhomx MQF ta’ Livell 1 fil-lingwa Maltija jridu jattendu u jgħaddu b’suċċess fl-assessjar mill-kors ‘Maltese Language 1’ offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi. L-attendenza għal dan il-kors, flimkien mal-kisba tal-MQF tal-Livell 1 għandhom jitlestew qabel il-konferma tal-ħatra, jiġifieri fi żmien sitt (6) xhur mill-ingaġġ. B’hekk, Uffiċjali impjegati li ma jiksbux dan iċ-ċertifikat fi żmien ta’ prova ta’ sitt (6) xhur, jingħataw estensjoni ta’ darba ta’ żmien ta’ prova għal perjodu ta’ sitt (6) xhur biex jiksbu b’suċċess dan iċ-ċertifikat.
Jekk il-persuna tonqos milli tippreżenta evidenza li għaddiet il-kors b’suċċess u attendiet sal-aħħar tal-perjodu ta’ prova (jiġifieri tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ), awtomatikament tintilef il-kariga msemmija hawn fuq.

U
    1. fil-pussess ta’ Diploma rikonoxxuta (fil-Livell 4 tal-MQF), f’Accountancy jew Business Management jew Business Administration jew Economics jew Banking and Finance jew ACCA jew kwalifika rikonoxxuta u komparabbli; 
JEW
    1. (b) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVETS jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2003) f’Accountancy jew Business Management jew Business Administration jew Economics jew Banking and Finance jew ACCA jew kwalifika professjonali komparabbli u rikonoxxuta;
JEW
    1. (c) fil-pussess ta’ żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat (li wieħed minnhom għandu jinkludi pass fl-Accounting) u tliet (3) suġġetti fil-Livell Intermedjarju tal-Matrikola (li wieħed minnhom għandu jinkludi pass fil-Pure Mathematics), jew kwalifika rikonoxxuta u komparabbli.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

Kandidati magħżula li huma fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (Diploma jew żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat flimkien ma’ tliet (3) suġġetti fil-Livell Intermedjajru tal-Matrikola, jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli), fl-oqsma indikati fil-4.1 (iii) (a) u (c) jidħlu bħala Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 12). Mal-ħatra, dawk appuntanti jridu jintrabtu li jlestu b’suċċess kwalifika rikonoxxuta f’qasam relatat fil-Livell 5 tal-MQF, f’perjodu ta’ mhux aktar tard minn sentejn (2), biex jipprogressaw għal Skala ta’ Salarju 11, fejn fil-każ li dan ma jseħħx, il-ħatra tiġi mneħħija. Mal-akkwist ta’ kwalifika rilevanti fil-Livell 5 tal-MQF kif indikat f’paragrafu 4.1 (iii) (b) f’oqsma relatati, dawn l-uffiċjali jipprogressaw għal Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 11). Il-progressjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu skont id-dispożizzjonijiet indikati fid-dokument li jismu ‘Working Conditions for Officers within the Managerial Stream for Qualified Personnel’.

4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbiltà, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija kif indikat fil-paragrafu 4.1 (iii) formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifikiimsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u ddata tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (iii) jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jkunu ġabu jew ġew approvati għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2021. Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati għandhom jipproduċu l-kwalifika indikata qabel il-ħatra. Jekk l-iskadenza ma tintlaħaqx, il-kandidati magħżula jiġu skwalifikati mir-riżultat.

4.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika għalih (applikanti li diġà qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat tal-Kondotta riċenti maħruġ mill-Pulizija jew awtorità oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).
Ministry / Department :
Ministry for Health
Contact Person :
Maureen Mahoney
Address :
Director General (People Management)
Ministry for Health,
Palazzo Castellania, 15, Merchants Street,
Valletta, VLT 1171. 
Telephone :
+356 22992604
Email address :

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.