Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    POST TA’ TECHNICAL OFFICER (CIVIL) FIL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

     Nru. ta' Referenza Cirkulari Nru. HR/MFH 24/2020


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 22/05/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 05/06/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A/Anness A 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Technical Officer (Civil), fil-Ministeru għas-Saħħa.

2.1. Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2. Is-salarju ta’ Technical Officer (Civil) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2020 huwa ta’ €18,142 fis-sena, li jiżdied b’€354 fis-sena sa massimu ta’ €20,266.

2.3. Il-persuna nominata tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra u soġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra skont kif ikun jista’ jkun stipulat fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Unjoni kompetenti.

2.4. Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad/pożizzjoni li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal- applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatat bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.


Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' Technical Officer (Civil) fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku li japplikaw għal post ogħla għandom ikunu konfermati fil-ħatra tagħhom kurrenti u:

a) fil-grad ta’ Assistant Technical Officer, liema ħatra f’tali grad ġiet ikkonfermata;

JEW

b) fil-grad ta’ Senior Technician u Senior Tradesman, liema ħatra f’tali grad ġiet ikkonfermata U f’pussess minn tal-inqas Higher Technician Diploma, (f’Livell 5 tal-MQF suġġetta għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti) jew kwalifika rikonoxxuta u komparabbli;

JEW

c) fil-grad ta' Senior Technician u Senior Tradesman, liema ħatra f’tali grad ġiet ikkonfermata U bi kwalifika rikonoxxuta (ta' sentejn (2) full-time jew ekwivalenti) f'Livell 4 tal-MQF (suġġett għall-minimu ta' 120 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti) f'qasam rilevanti (Technician) flimkien ma' sentejn (2) esperjenza xierqa ppruvata.

4.2. Il-Higher Technician Diploma hija meqjusa bħala kwalifika f'Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 krediti ECTS/ECVET , jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003 'l quddiem). Persuna li jkollha kwalifika rikonoxxuta f'Livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 120 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti firrigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003 'l quddiem), segwita b'sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata, titqies bħala li tissodisfa l-klawsola Higher Technician Diploma jew kwalifika xierqa u ekwivalenti li tinsab f'paragrafu 4.1 (b).

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba. 

Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.  

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Ministry / Department :
Ministry for Health
Contact Person :
Maureen Mahoney
Address :
Director General (People Management)
Ministry for Health,
Palazzo Castellania, 15, Merchants Street,
Valletta, VLT 1171. 
Telephone :
+356 22992604
Email address :


  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.