Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Manager I (Accounting and Finance)

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata 15/01/2021


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali Negozju u Finanzi
    Data ppubblikata: 15/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 29/01/2021 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A - Manager I (Accounting and Finance) 
Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager I (Accounting and Finance) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

Is-salarju ta’ Manager I (Accounting and Finance) huwa ta’ Skala ta’ Salarju 10, li fis-sena 2021  huwa ta’ €21,267 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,713.

Persuna fil-grad ta’ Manager I titla’ fi Skala ta’ Salarju 9 (€22,633 x €447.33  - €25,317  fis-sena 2021) wara sentejn (2) servizz bħala Manager I fi Skala ta’ Salarju 10, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

Persuna fil-grad ta’ Manager I titla’ fi Skala ta’ Salarju 8 (€24,091 x €486,83  - €27,012  fis-sena 2021) wara ħames (5) snin servizz bħala Manager I fi Skala ta’ Salarju 9, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

Persuna fil-grad ta’ Manager I titla’ fi Skala ta’ Salarju 7 (€25,656 x €531.17  - €28,843  fis-sena 2021) wara tliet (3) snin servizz bħala Manager I fi Skala ta’ Salarju 8, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

Il-persuni maħtura jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 10% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

  1. Il-persuni maħtura jkunu intitolati għal benefiċċji oħra u suġġetti għall-kundizzjonijiet u l-obbligi li huma stipulati fil-Working Conditions for Officers within the Managerial Stream for Qualified Personnel.
L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

  1. Il-persuni maħtura fil-flussi Maniġerjali/ta’ Uffiċjal/Prattikanti jridu jkunu servew fil-ħatra attwali tagħhom, u għandhom iservu f’din il-kariga għal minimu ta’ sentejn (2) qabel ma japplikaw lateralment. Dan mhuwiex applikabbli għal skopijiet ta’ promozzjoni, suġġett għall-kriterji ta’ eliġibbiltà pertinenti.

  2. L-uffiċjali l-oħra kollha għandhom jiġu kkonfermati fil-ħatra, u jekk jinħatru għandhom iservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn (2), qabel ma japplikaw lateralment. Din il-kundizzjoni tal-aħħar mhijiex applikabbli għal finijiet ta’ promozzjoni.
Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam tal-Accounting and Finance, skont il-postijiet vakanti stabbiliti. 

Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Manager I (Accounting and Finance) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

    1. ċittadini ta’ Malta; jew

    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew

    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew

    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta ‘impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew

    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar ‘Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)’, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familjijew

    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

U

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u l-lingwa Ingliża. Dawk il-kandidati li m’għandomx MQF ta’ Livell 1 fil-lingwa Maltija jridu jattendu u jgħaddu b’suċċess fl-assessjar mill-kors ‘Maltese Language 1’ offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi. L-attendenza għal dan il-kors, flimkien mal-kisba tal-MQF tal-Livell 1, għandhom jitlestew qabel il-konferma tal-ħatra, jiġifieri fi żmien tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ.
Jekk il-persuna tonqos milli tippreżenta evidenza li għaddiet il-kors b’suċċess u attendiet sal-aħħar tal-perjodu ta’ prova (jiġifieri tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ), awtomatikament tintilef il-kariga msemmija hawn fuq.

U

  1. (a) ikollhom kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti*) 

    ​​jew     
       
                                                                                                                                                                               
    (b) ikollhom kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli fil-livell 6 tal-MQF             
           f’Accountancy jew Business Management jew Business Administration jew Economics jew Banking and Finance. 

* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema ohra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddertermina li huwa komparabbli ma' 180 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC. 
                                                                                                                                                                                                                                                                
      iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbillta, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Masters f’Livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti, għanda tinkludi minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVETS jew ekwivalenti*

* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema ohra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddertermina li huwa komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC. 

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija fil-paragrafu 4.1 (iii) formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (iii) jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura iridu jkunu ġabu jew ġew approvati għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Mejju, 2021. Jekk l-iskadenza ma tintlaħaqx, il-ħatra tiġi ipso facto, awtomatikament terminata. 

(a) Il-perjodu ta' prova u l-intitolament għall-progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra. 

(b) Il-persuni maħtura ma jibbenefikaw minn ebda benefiċċji, sakemm jiksbu l-kwalifika jew ikunu approvati għall-kisba tal-kwalifika indikata, kif imsemmi f’paragrafu 4.1 (iii) jew 4.2. 

L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika għalih (applikanti li diġa qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat tal-Kondotta riċenti maħruġ mill-Pulizija jew awtorita oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).

Ministry / Department :

People Management Section, Finance and Administration Directorate, Office of the Prime Minister

Contact Persons :

Ms. Eloise Magro, Ms. Romina Brincat 

Address :

Auberge de Castille, St. Paul's Street, Valletta.

Telephone :

 22001011    22001016

Email address :

human-resources.opm@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.