Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Graduate Engineer (Mechanical)/ Junior Engineer (Mechanical)/ Engineer (Mechanical)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 22/01/2021


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 22/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 05/02/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali
    Dipartiment: Biċċerija Pubblika

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annes A/ Annex A Duties  
Ara d-dokument Graduate/Junior/Engineer (Mechanical) - PA - MAFA - Eng 
Ara d-dokument Graduate/Junior/Engineer (Mechanical) - PA - MAFA - Mlt 

  1. Is-Segretarju Permanenti  Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Graduate Engineer (Mechanical)/ Junior Engineer (Mechanical)/ Engineer (Mechanical) fil-Biċċerija Pubblika fil-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Graduate Engineer (Mechanical) huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2021 huwa ta’  €21,267 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,713.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Graduate Engineer (Mechanical) tiġi promossa għall-grad ta’ Junior Engineer (Mechanical)  fi Skala 9 (€22,633x €447.33 - €25,317) wara  li tkun kisbet il-Warrant biex tipprattika il-professjoni ta' Engineer u dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4 Persuna magħżula li jkollha Warrant biex tipprattika il-professjoni ta' Engineer tinħatar Junior Engineer (Mechanical) fi Skala ta' Salarju 9 (€22,633 x €447.33 - €25,317), filwaqt li jekk persuna magħżula jkollha mill-inqas tliet (3) snin prattika professjonali wara li tkun kisbet il-Warrant tinħatar mill-ewwel Engineer (Mechanical) fi Skala ta' Salarju 8 (€24,091 x €486.83 - €27,012).

2.5 Persuna fi Grad ta' Junior Engineer (Mechanical) tiġi promossa għall-grad ta' Engineer (Mechanical) fi Skala ta' Salarju 8 (€24,091 x €486.83 - €27,012) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha sew b'mod sodisfaċenti.

2.6 Persuna fil-grad ta' Engineer (Mechanical) fi Skala ta' Salarju 8, li jkollha inqas minn tmien (8) snin ta' prattika professjonali fis-Servizz Pubbliku/Settur Pubbliku wara li tkun kisbet il-Warrant, titla' għall-Skala ta' Salarju 7 (€25,656 x €531.17 - €28,843) jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti, filwaqt li iż-żmien kwalifikanti ta' tmien (8) snin jitnaqqas għal sitt (6) snin fil-każ ta' Engineers li jkollhom kwalifika ta' wara l-gradwazzjoni approvata. 

2.7 Persuna fi grad ta' Junior Engineer (Mechanical) fi Skala ta' Salarju 9 u persuna fi grad ta' Engineer (Mechanical) fi Skala ta' Salarju 8 tkun intitolata wkoll għal Perfomance Bonus sa massimu ta' 15% tas-salarju bażiku tagħha, kif ukoll tingħata market corrector ta' €1,500 fis-sena. Persuna fi grad ta' Engineer (Mechanical) fi Skala ta' Salarju 7 tkun intitolata għal Performance Bonus sa massimu ta' 15% tas-salarju bażiku tagħha, kif ukoll tingħata market corrector ta'  €2,500 fis-sena. 

2.8 Il-Persuna nnominata tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Unions kompetenti. 

2.9 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

2.10 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.


Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Graduate Engineer (Mechanical)/ Junior Engineer (Mechanical), Engineer (Mechanical) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża ;

  2. ikollhom degree ta' Baċċellerat rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fl-Inġinerija Mekanika jew kwalifika oħra professjonali kumparabbli, li fi żmien relevanti, tkun rikonoxxuta mill-Engineering Board għall-għoti tal-Warrant tal-Inġinerija kif irregolat mill-proviżżjoni f'Kapitolu 321 tal-Att VII tal-1988 (Engineering Profession Act) fil-Kodiċi Ċivili.

    *Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess, u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 180 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.

       iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta' Masters f'Livell 7 tal-MQF, għandha tinkludi 60 ECTS/ECVET krettu jew ekwivalenti*.

*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECET/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għazla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess, u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET kretti. Jista' jitalab il-parir tal-MQRIC.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

 Agrikoltura, Sajd, L-Ikel u Drittijiet tal-Annimali 

Contact Persons :

 Michelle Tabone 

Address :

 Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, ir-Razzett tal-Gvern, Triq l-Ingiered, Għammieri, Marsa MRS 3303

Telephone :

 2292 4512

Email address :

michelle.tabone@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.