Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Spiżjara

     Nru. ta' Referenza Government Gazette dated 24/01/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 27/03/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 26/06/2020 12:00
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-post ta’ Spiżjara fuq bażi Full-time / Part-time fil-Ministeru għas-Saħħa.

2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)–il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Spiżjara huwa ta’ Skala ta’ Salarju 9, li fis-sena 2020 hu €21,933, li jiżdied b’€447.33 fis-sena sa massimu ta’ €24,617 fis-sena.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Spiżjara titla’ fi Skala 8 (li fis-sena 2020 hu €23,358 x €486.83 - €26,279 fis-sena) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti, li matul din, l-iSpiżjara huwa suġġetta għal placements fuq sistema ta’ rotazzjoni, kif indikat mill-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien, fis-setturi varji tas-servizz pubbliku.

Matul dan il-perjodu ta’ żmien fil-grad ta' Spiżjara, il-kandidati li jintemmu b’suċċess iridu jiksbu Certificate of Completion of General Professional Training (CCGPT). Sa kemm tali żmien li dan il-programm ta’ taħriġ ikun fis-seħħ, dan ir-rekwiżit jiġi mneħħi.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Spiżjara tiġi promossa għall-grad ta’ Spiżjara Anzjana fi Skala 7 (li fis-sena 2020 hu €24,894 x €531.17 - €28,081 fis-sena) wara sitt (6) snin servizz fil-grad ta’ Spiżjara, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

Ladarba is-Certificate of Completion of General Professional Training (CCGPT) ikun għaddej, il-progression għal Spiżjara Anzjani fi Skala ta’ Salarju 7 tkun wara sentejn (2) snin ta' servizz sodisfaċenti fi Skala ta’ Salarju 8 u tlestija b'suċċess tas-CCGPT.

2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji l-oħra tali, u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra tali li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.

Dmirijiet

3.1 Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Spiżjara fuq bażi full-time/part-time jinkludu li:

(i) tipprovdi servizz professjonali effiċjenti għall-provvista tal-kura farmaċewtika;
(ii) tkun involuta fil-prestazzjoni ta' attivitajiet kliniċi farmaċewtiċi u dmirijiet relatati mat-tmexxija ta' spiżerija, inkluża l-ġestjoni tagħha;
(iii) tipprovdi servizz professjonali għat-twettiq tal-kura farmaċewtika fi ħdan is-servizzi farmaċewtiċi kollha inklużi swali fl-isptar. Tista' wkoll tkun meħtieġa twettaq eżerċizzji tat-top up tas-sala u tipprovdi pariri farmaċewtiċi meħtieġa meta mitluba mill-pazjenti jew minn professjonisti oħra tas-saħħa;
(iv) tikteb speċifikazzjonijiet rilevanti, tagħti pariri tekniċi dwar il-ħażna xierqa u wkoll fl-aġġudikazzjoni ta' prodotti farmaċewtiċi;
(v) tapplika proċeduri xierqa tal-assigurazzjoni tal-kwalità, tkun involuta fir-rilaxx ta' prodotti farmaċewtiċi minn kwarantina, inkluż ir-rilaxx ta' gassijiet mediċi;
(vi) tagħmel monitoraġġ ta' preskrizzjoni u utilizzazzjoni ta’ xejriet ta' prodotti farmaċewtiċi u tkun meħtieġa tgħin fl-ippjanar, taġġorna regolarment u tiġġestixxi l-formolarju tal-preskrizzjonijiet;
(vii) tassisti fir-reviżjoni regolari tal-proċess tal-intitolament tal-mediċini;
(viii) tikkoordina mad-Direttorat għall-Affarijiet Farmaċewtiċi (DPA) rigward il-politiki ta’ intitolament għall-mediċini b'xejn u mudelli għall-użu tal-mediċina;
(ix) tassisti lis-superjuri tagħha fir-verifika u monitoraġġ ta' kemm l-operazzjonijiet tekniċi u mhux tekniċi u l-livelli tal-ħażniet fi ħdan l-unità tal-POYC u l-ispiżeriji parteċipanti;
(x) tassisti lis-superjuri tagħha fil-monitoraġġ kontinwu ta' ħażniet u proċessi ta' kwalità ta' mediċini inklużi farmakoviġilanza, recalls, rapporti fuq difetti, verifika u r-rilaxx ta' mediċini riċevuti;
(xi) tassisti superjuri tagħha fl-iżgurar tal-awtorizzazzjoni ta' mediċini f'Malta u taġġorna l-lista tan-negozjant bl-ingrossa liċenzjat, reġistri mhux liċenzjati u kwalunkwe reġistri relatati oħra;
(xii) tassisti lis-superjuri tagħha fl-evalwazzjoni tal-offerti / ordnijiet diretti għall-provvista ta' mediċini; tista' tkun meħtieġa żżomm kuntatt ma' DPA dwar speċifikazzjonijiet, l-introduzzjoni ta' oġġetti ġodda fil-Lista Formularja tal-Gvern u tħassir ta' oġġetti;
(xiii) issegwi l-istandards ta' kwalità tas-servizz kif stabbiliti bid-Direttiva tal-Att tal-Amministrattiv Pubblika;
(xiv) tipparteċipa f'laqgħat u proġetti internazzjonali skond l-esiġenzi;
(xv) tkun involuta fi kwalunkwe proċess ta' manifattura ta' prodotti farmaċewtiċi inkluż rikostituzzjoni tal-mediċini, il-preparazzjoni ta' prodotti extemporanious u ippakkjar mill-ġdid ta' mediċini kif meħtieġ, tiżgura disponibbiltà tal-materja prima u prodott finali tal-kwalità adegwata. Iżomm dokumentazzjoni rilevanti inklużi l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri ta’ standard operattivi użati fil-proċess. Tkun responsabbli għall-assigurazzjoni tal-kwalità meħtieġa tal-proċess qabel ma tirrilaxxa l-prodott f'termini ta' GMP;
(xvi) tkun responsabbli għall-kontroll tal-kwalità tal-farmaċewtiċi inkluż analiżi tagħhom;
(xvii) tpoġġi fuq Bordijiet u Kumitati inkluż il-Kumitat tax-Xiri kif ikun meħtieġ;
(xviii) tmanti relazzjonijiet tajba ta' xogħol professjonali u etiċi mal-kollegi tagħha fil-qasam farmaċewtiku u mal-ħaddiema oħra tas-saħħa;
(xix) tikkontribwixxi għat-tħejjija ta' rapporti annwali jew oħra kif jista' jkun meħtieġ;
(xx) tassisti lis-superjuri tagħha fil-proposta tal-pjan annwali tan-negozju għall-unità li fih hi qed taħdem;
(xxi) timplimenta u ssegwi l-proċedura politika eżistenti u tassisti fit-tħejjija ta' politiki u linji gwida ġodda ta’ farmaċija;
(xxii) tkun responsabbli għax-xiri, ġbir, ħażna u tqassim ta’ sustanzi Narkotiċi u Psikotropiċi hekk kif indikat fid-‘Dangerous Drugs Ordinance’ u l-‘Medical and Kindred Profession Ordinance’ Kap 31 – ‘Drugs (Control) Regulations’ 1985 rispettivament;
(xxiii) tevalwa prodotti mediċinali ġodda u indikazzjonijiet ġodda biex jiġu kkunsidrati għal inklużjoni fil-Lista Formulatorja tal-Gvern, fil-parametri ta’ AL 58/09; tifformola rapporti u preżentazzjonijiet lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Lista Formulatorja tal-Gvern;
(xxiv) tkun parti mill-kumitat ta’ evalwazzjoni għall-prodotti mediċinali u tagħmir mediku u tkun parti wkoll minn Bordijiet u Kumitati oħra kif ikun meħtieġ minn uffiċjali superjuri jew mill-Ministeru għas-Saħħa;
(xxv) a) tiffamiljarizza ruħha mal-proċeduri kollha tal-akkwist u tassisti fil-proċeduri msemmija matul l-istadji kollha;
         b) tassisti fil-monitoraġġ tal-konsum annwali ta’ mediċinali u tagħmir mediku;
         c) tagħti kontribut lejn titjib kontinwu tas-servizz inkluż il-kompjuterizzazzjoni ta’ dawn is-servizzi;
         d) tipparteċipa b’mod attiv u tassisti sabiex tassigura kontrol ottimu tas-sistemi u proċeduri tal-immaniġġjar tal-ħażna;
(xxvi) tipparteċipa fl-iżvilupp professjonali (inkluż taħriġ fuq il-post tax-xogħol u edukazzjoni) ta’ impjegati taħt ir-responsabilità tagħha u tiżgura ż-żamma ta’ dixxiplina ta’ tali impjegati;
(xxvii) taqdi dmirjiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni;
(xxviii) tagħmel użu mis-sistemi tat-Teknoloġija tal-Informatika li jkunu qed jintużaw fil-Ministeru għas-Saħħa.

3.2 Kandidati magħżula jistgħu jkunu meħtieġa jwettqu dmirijiet fi kwalunkwe servizz tal-kura tas-saħħa tal-Gvern ta’ Malta għad-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

3.3 Spiżjara ngaġġati fuq bażi part-time ikunu meħtieġa li jaħdmu minimu ta’ għoxrin (20) siegħa fil-ġimgħa.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

Applikazzjonijiet jiġu wkoll ikkunsidrati minn kandidati li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija f’paragrafu 4.1(i), dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f’paragrafi 4.1(ii) sa 4.2. Il-ħatra ta’ tali kandidati teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja.

(ii)(a) profiċjenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li m’humiex profiċjenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma jridu jipprovdu evidenza ta’ profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma tal-ħatra li hi fi żmien sena (1) mill-ingaġġ, billi jgħaddu b’suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 u Part 2 tal-Università ta’ Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 u Part 2 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. Kwalunkwe spejjeż tal-kors jew assessjar tiegħu jkunu mħallsa mill-kandidati prospettivi. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jiġu applikati biex jitħallsu lura permezz tal-iSkema tal-Continuous Pharmacy Education (CPE).

U

(b) profiċjenti fil-lingwa Ingliża

Jew

billi jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;

Jew

jipprovdu sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (International English Language Testing System) ta’ band score medju ta’ 6 jew ogħla f’dominji ta’ komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta’ band score medju ta’ 6) eż. GCSE/ Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT): 60-80, CEFR : B2 jkunu wkoll aċċettati;

Jew

billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta’ xogħol iċċertifikata full-time bħala Spiżjara fir-Renju Unit jew fl-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellmu l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa l-lingwa primarja u/jew uffiċjali.

U

(iii) fil-pussess ta’ warrant biex jipprattikaw bħala Spiżjara f’Malta.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2 Iktar minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għallapplikazzjonijiet

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Ministry / Department :
Ministry for Health
Contact Person :
Maureen Mahoney
Address :
Director General (People Management)
Ministry for Health,
Palazzo Castellania, 15, Merchants Street,
Valletta, VLT 1171. 
Telephone :
+356 22992604
Email address :

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.