Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Manager I (Accounting and Finance)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 17 ta' Marzu, 2023


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 17/03/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 03/04/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager I (Accounting and Finance) fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12) -il xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Manager I (Accounting and Finance) huwa ta’ Skala ta’ Salarju 10, li fis-sena 2023 huwa ta’ €23,029.57 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €25,475.59.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Manager I titla’ fi Skala ta’ Salarju 9 (€24,494.79 x €447.33 - €27,178.77 fis-sena 2023) wara sentejn (2) servizz bħala Manager I fi Skala ta’ Salarju 10, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Persuna fil-grad ta’ Manager I titla’ fi Skala ta’ Salarju 8 (€26,048.25 x €486.83 - €28,969.23 fis-sena 2023) wara ħames (5) snin servizz bħala Manager I fi Skala ta’ Salarju 9, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.6 Persuna fil-grad ta’ Manager I titla’ fi Skala ta’ Salarju 7 (€27,697.53 x €531.17 - €30,884.55  fis-sena 2023) wara tliet (3) snin servizz bħala Manager I fi Skala ta’ Salarju 8, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.7 Il-persuni maħtura jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 10% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
  1. Il-persuni maħtura jkunu intitolati għal benefiċċji oħra u suġġetti għall-kundizzjonijiet u l-obbligi li huma stipulati fil-Working Conditions for Officers within the Managerial Stream for Qualified Personnel.
2.8 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

2.9 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qiegħda tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

  1. Il-persuni maħtura fil-flussi Maniġerjali/ta’ Uffiċjal/Prattikanti jridu jkunu servew fil-ħatra attwali tagħhom, u għandhom iservu f’din il-kariga għal minimu ta’ sentejn (2) qabel ma japplikaw lateralment. Dan mhuwiex applikabbli għal skopijiet ta’ promozzjoni, suġġett għall-kriterji ta’ eliġibbiltà pertinenti.
  2. L-uffiċjali l-oħra kollha għandhom jiġu kkonfermati fil-ħatra, u jekk jinħatru għandhom iservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn (2), qabel ma japplikaw lateralment. Din il-kundizzjoni tal-aħħar mhijiex applikabbli għal finijiet ta’ promozzjoni.
2.10 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam tal-Accounting and Finance, skont il-postijiet vakanti stabbiliti. 

2.11 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.


Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Manager I (Accounting and Finance) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta ‘impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar ‘Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)’, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familjijew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

U
  1. kapaċi jikkomunikaw bil- lingwa Maltija u Ingliża. Madankollu, il-kandidati li ma jissodisfawx l-abbilta` li jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u ma jkollhomx mill-inqas MQF ta' Livell 1 fil-lingwa Maltija, iridu jattendu u jgħaddu b'suċċess fl- assessjar mil- kors ''Maltese Language 1'' offrut mill- Istitut għas- Servizzi Pubbliċi. L- attendenza għal dan il- kors flimkien mall- kisba tal- Livell 1 tal- MQF għandhom jitlestew qabel il- konferma tal- ħatra, jiġifieri fi żmien tnax -il (12) xahar mill- ingaġġ;
Jekk il-persuna tonqos milli tippreżenta evidenza li għaddiet il-kors b’suċċess u attendiet sal-aħħar tal-perjodu ta’ prova (jiġifieri tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ), awtomatikament tintilef il-kariga msemmija hawn fuq.

U
  1. ikollhom degree ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti*) f'Business Management jew Business Administration jew Economics jew Banking and Finance jew Accountancy jew ikollhom kwalifika professjonali rikonoxxuta komparabbli fil-livell 6 tal-MQF f'Accountancy.                                                                                                                                                                             
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 180 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabli hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. 
                                                                                                                                                                                                                                                                
   
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat. Kwalifika ta’ Masters f’Livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti, għanda tinkludi minimu ta’ 90 krettu ECTS/ECVETS jew ekwivalenti*

*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm ikun ivverifikat mill-MQRIC li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET. 
  
(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (iii) jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 t’ Ottubru, 2023. Jekk l-iskadenza ma tintlaħaqx, il-ħatra għal din ir-raġuni, tiġi awtomatkament terminata. 

(a) Il-perjodu ta' prova u l-intitolament għall-progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra. 
(b) Il-persuni maħtura ma jibbenefikaw minn ebda benefiċċji, sakemm jiksbu l-kwalifika jew ikunu approvati għall-kisba tal-kwalifika indikata, kif imsemmi f’paragrafu 4.1 (iii) jew 4.2. 

4.4 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppubblikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).

Ministry / Department :

 Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal

Contact Persons :

 Maria Isabel Farrugia / Mary Mifsud

Address :

 38, Triq l-Ordinanza, il-Belt Valletta

Telephone :

 2590 3354 / 2590 3451

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.