Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Fil-kuntest tal-prinċipju sabiex ir-riżorsi umani jiġu użati bl-aħjar mod possibbli u jiġu moqdija l-eżiġenzi tas-servizz u tas-settur pubbliku, filwaqt li tiżdied l-esperjenza fil-qasam tax-xogħol tal-individwu, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, qed tinħareġ sejħa biex uffiċjali pubbliċi u ħaddiema tas-settur pubbliku, jesprimu l-interess tagħhom sabiex iwettqu d-dmirijiet kif imsemmija hawn taħt, għal perjodu ta’ erbgħa (4) ġimgħat, jibda mit-02 ta' Mejju 2023 sat-03 ta' Ġunju 2023, li jista’ jiġġedded għal aktar perjodi.
2. Il-kandidati magħżula għandhom, għall-perjodu li matulu jiġu assenjati tali dmirijiet, iwieġbu lill-LOC u kapijiet fejn jiġu assenjati.
Salarju
-
Dmirijiet
3. L-uffiċjali eliġibbli huma mistiedna jippreżentaw l-espressjoni ta’ interess tagħhom. Id-dmirijiet u r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà huma deskritti fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din l-espressjoni ta’ interess, l-applikanti jridu jkunu uffiċjali pubbliċi li jkunu kkonfermati fi kwalunkwe grad. Jistgħu japplikaw ukoll uffiċjali sekondati/b'self/dettaljati ma'/skjerati ma'/fuq rabta ma' Organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku, li jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa ta' eliġibilità.
5. L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. Il-kandidati magħżula jiġu assenjati fuq dmirijiethom skont l-eżitu ta’ tali valutazzjoni u skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation |
Contact Persons : | Julian Pace Bonello |
Address : | The Maltese Olympic Committee, National Swimming Pool Complex, Maria Teresa Spinelli Street, Gżira. |
Telephone : | +356 21332801 |
Email address : | info@gssemalta2023.mt |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.