Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Edukatur għall-Adulti ​fuq bażi part-time

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 06/12/2024


    Pubbliku Ġenerali - Sejħa Kontinwa  

    Definita  

    Tagħlim u Edukazzjoni
    Data ppubblikata: 06/12/2024 11:00
    Data tal-għeluq: 26/12/2025 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A  
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).



1.1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Edukatur għall-Adulti ​fuq bażi part-time fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, fuq perjodu definit fuq bażi part-time, kif u meta jkun meħtieġ.

1.2. L-applikanti jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni ta’ Edukatur għall-Adulti fuq bażi part-time f’wieħed jew aktar mis-suġġett/i/qasam/oqsma biex iservu f'Malta u f'Għawdex, li jidhru hawn taħt:
  1. English
  2. English as a Foreign Language
  3. German
  4. Italian
  5. Maltese,
  6. Maltese as a Foreign Language
  7. Spanish

3. Edukatur għall-Adulti fuq bażi part-time jitħallas bir-rata ta’ €20.00 fis-siegħa, skont in-numru ta’ lezzjonijiet /xogħol assenjat flimkien ma bonuses pro-rata (ta’ nofs is-sena u tal-Milied) u d-dħul supplimentari. Il-ħlas ikopri kemm il-ħin għall-preparazzjoni, korrezzjonijiet, valutazzjoni, żamma tar-rekords, feedback, laqgħat mal-maniġment, ħin ta’ kuntatt fil-klassijiet tal-edukazzjoni għall-adulti, u kwalunkwe dmir ieħor relatat. M'hemm l-ebda rimborż addizzjonali għall-ivvjaġġar lejn u mill-post.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Edukatur għall-Adulti fuq bażi part-time jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża; ​u

iii. fil-pussess ta’ degree ta' Baċellerat rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krettu, jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li qed japplikaw għalih, jew kwalifika komparabbli. L-applikanti għandhom ukoll, ikollhom minimu ta’ sena (1) esperjenza bħala Edukatur jew sena (1) ta' prattika professjonali/esperjenza ta' xogħol ippruvata fil-qasam applikat, jekk applikabbli;

iv. f'każ li ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn uffiċjali eleġibbli skont il-paragrafu 5.1 (iii) hawn fuq u/jew fin-nuqqas li ma jkunx hemm numru biżżejjed ta’ applikanti li jiksbu suċċess, l-eliġibbiltà tkun estiża wkoll għall-applikanti fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 30 ECTS/ECVET krettu, jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li qed japplikaw għalih, jew kwalifika komparabbli. L-applikanti għandhom ukoll, ikollhom minimu ta’ sena (1) esperjenza bħala Edukatur jew tliet (3) snin ta’ prattika professjonali/esperjenza ta’ xogħol ippruvata fil-qasam applikat, jekk applikabbli;

v. f’każ li ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn uffiċjali eleġibbli skont il-paragrafu 5.1 (iii) u (iv) hawn fuq u/jew fin-nuqqas li ma jkunx hemm numru biżżejjed ta’ applikanti li jiksbu suċċess, l-eliġibbiltà tkun estiża wkoll għall-applikanti fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 120 ECTS/ECVET krettu, jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li qed japplikaw għalih, jew kwalifika komparabbli. L-applikanti għandhom ukoll, ikollhom minimu ta’ sentejn (2) esperjenza bħala Edukatur jew erba’ (4) snin ta’ prattika professjonali/esperjenza ta’ xogħol ippruvata fil-qasam applikat, jekk applikabbli;

vi. f’każ li ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn applikanti eleġibbli skont il-paragrafu 5.1 (iii), (iv) u (v) hawn fuq u/jew fin-nuqqas li ma jkunx hemm numru biżżejjed ta’ applikanti li jiksbu suċċess, l-eliġibilità għandha tiġi estiża għal applikanti li għandhom erba' (4) snin esperjenza bħala Edukaturi li jgħallmu l-qasam/suġġett li qed japplikaw għalih, jew sena (1) bħala għalliema full-time bil-warrant, jew ħames (5) snin ta’ prattika professjonali/esperjenza ta’ xogħol fil-qasam li għaliha saret l-applikazzjoni.

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 30/120/180 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabbli hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.


Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.


5.2. (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 5.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

Ministry / Department :

Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation

Contact Persons :

Edu Servizz.gov

Address :

Great Siege Road,Floriana,VLT2000

Telephone :

2598 0000

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.