Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur (People Management), Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Assistant Manager (Accounting and Finance) fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Progetti Kapitali.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.
2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.
2.3 Is-salarju ta’ Assistant Manager (Accounting and Finance), li jidħol fil-grad bir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà ta’ paragrafu 4.1 (a) jew (c) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2021 huwa ta’ €18,724 fis-sena, li jiżdied b’€354 fis-sena sa massimu ta’ €20,848.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 12 titla għal Skala 11, li fis-sena 2021 hija ekwivalenti għal €19,974 fis-sena, li tiżdied b'żidiet annwali ta' €375.17 sa massimu ta' €22,225, mal-kisba ta’ Diploma fil-Livell 5 tal-MQF kif imsemmija fil-paragrafu 4.1(b), f’perjodu ta’ mhux iktar minn sentejn (2) mid-data tal-ħatra, fejn fil-każ li dan ma jseħħx, il-ħatra tiġi mneħħija.
2.5 Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager li tissodisfa l-klawsola 4.1 (b) titpoġġa fi Skala ta’ Salarju 11, u titla' fi Skala 10 (€21,267 x €407.67 - €23,713) fis-sena 2021 wara tliet (3) snin servizz bħala Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 11, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
2.7 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.
- Il-persuni maħtura fil-flussi Maniġerjali/ta’ Uffiċjal/Prattikanti jridu jkunu servew fil-ħatra attwali tagħhom, u għandhom iservu f’din il-kariga għal minimu ta’ sentejn (2) qabel ma japplikaw lateralment. Dan mhuwiex applikabbli għal skopijiet ta’ promozzjoni, suġġett għall-kriterji ta’ eliġibbiltà pertinenti.
- L-uffiċjali l-oħra kollha għandhom jiġu kkonfermati fil-ħatra, u jekk jinħatru għandhom iservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn (2), qabel ma japplikaw lateralment. Din il-kundizzjoni tal-aħħar mhijiex applikabbli għal finijiet ta’ promozzjoni.
2.8 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam ta’ Accounting and Finance, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.
2.9 Ir-riżultat jibqa’ validu għal perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Assistant Manager (Accounitng and Finance) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkulari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:
Uffiċjali Pubbliċi jew Ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Ħaddiema tal-RSSL, li huma kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom. Uffiċjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw;
U
- (i) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta (fil-Livell 4 tal-MQF); jew
(ii) kwalifika rikonoxxuta komparabbli fil-livell 4 tal-MQF.
JEW
- (i) fil-pussess ta’ Diploma rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*); jew
(ii) kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli fil-livell 5 tal-MQF.
Fiż-zewġ livelli indikati tal-MQF ikunu fl-Accountancy jew Business Management jew Business Administration jew Economics jew Banking and Finance.
*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.
JEW
- fil-pussess ta’ żewġ suġġetti fil-livell Avvanzat (li wieħed minnhom għandu jinkludi pass fl-Accounting) u tliet suġġetti fil-livell Intermedju tal-Matrikola (li wieħed minnhom ghandu jinkludi pass fil-Pure Mathematics, jew kwalifika rikonoxxuta u komparabbli.
Kandidati magħżula li huma fil-pussess ta’ kwalifika rikonnoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (kwalifika jew żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat flimkien ma’ tliet (3) suġġetti fil-Livell Intermedju tal-Matrikola, jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli), fl-oqsma indikati fil-4.1 (a) u (c) jidħlu bħala Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 12). Mal-ħatra, dawk appuntanti jridu jintrabtu li jlestu b’suċċess kwalifika rikonoxxuta f’qasam relatat fil-Livell 5 tal-MQF, f’perjodu ta’ mhux aktar tard minn sentejn (2), biex jipprogressaw għal Skala ta’ Salarju 11, fejn fil-każ li dan ma jseħħx, il-ħatra tiġi mneħħija. Mal-akkwist ta’ Diploma rilevanti fil-Livell 5 tal-MQF kif indikat f'paragrafu 4.1(b) f’oqsma relatati, dawn l-uffiċjali jipprogressaw għal Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 11). Il-progressjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu skont id-dispożizzjonijiet indikati fid-dokument li jismu ‘Working Conditions for Officers within the Managerial Stream for Qualified Personnel’.
4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbiltà, basta jkunu fis-suġġetti mitluba.
Barra minn hekk, dawk il-kandidati li għadhom ma kisbux formalment il-kwalifika kif indikat fil-paragrafu 4.1 (a) sa (c) xorta jiġu kkunsidrati, sakemm jissottomettu evidenza li ġabu l-kwalifika msemmija, jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (a) sa 4.1 (c) jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura iridu jkunu ġabu jew ġew approvati għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Mejju 2021. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra tiġi ipso facto, awtomatikament terminata.
(a) Il-perjodu ta' prova u l-intitolament għall-progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra.
(b) Il-persuni maħtura ma jibbenefikaw minn ebda benefiċċji, sakemm jiksbu l-kwalifika jew ikunu approvati għall-kisba tal-kwalifika indikata, kif imsemmi f’paragrafu 4.1 (a) sa 4.1 (c) jew 4.2.
4.4 Biex jiġi ddeterminat u kkumparat il-livell ta’ responsabbiltà tal-impjegati tas-Settur Pubbliku li bħalissa qed jaqdu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku u impjegati tal-RSSL mal-livell ta’ responsabbiltà meħtieġ minn uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni, il-Bord tal-Għażla għandu dejjem u formalment jikkonsulta mad-Direttur/HR Manager responsabbli tal-entità rispettiva tas-Settur Pubbliku.
L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entità rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entità, f’każ li ħaddiema tas-Settur Pubbliku jintgħażlu għall-post. Ħaddiema tal-RSSL li jiġu magħżula għal dan il-post ikollhom l-impjieg tagħhom mal-RSSL awtomatikament terminat wara li jtemmu b’suċċess il-perjodu ta’ prova.
4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali |
Contact Persons : | Sharon Cauchi |
Address : | Blokk A, Triq Francesco Buonamici, Furjana FRN 1700 |
Telephone : | 22927864 |
Email address : | recruitment.mtip@gov.mt |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.