Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għal Għawdex jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Tradesman/Senior Tradesman (Electrician) fil-Ministeru għal Għawdex.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għall-perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.
2.2 Is-salarju ta’ Tradesman (Electrician) huwa ta’ Skala ta' Salarju 16, li fis-sena 2021 huwa ta’ €14,306 fis-sena, li jiżdied b’ €263 fis-sena sa massimu ta’ €15,884.
2.3 Persuna fil-grad ta’ Tradesman titla’ fi Skala 15 (li fis-sena 2021 huwa ta' €15,263 x €298 - €17,051) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Tradesman tiġi promossa għall-grad ta’ Senior Tradesman fi Skala 14 (li fis-sena 2021 huwa ta €16,361 x €316.83 - €18,262) wara għaxar (10) snin servizz fil-grad ta’ Tradesman jew ħames (5) snin jekk tkun fil-pussess ta' Diploma ta' Higher Technician, jew kwalifika rikonoxxuta, kumparabbli jew kwalifika teknika ogħla, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.5 Il-Higher Technician Diploma hija meqjusa bħala kwalifika f' Livell 5 tal-MQF fil-Malta Qualifications Framework (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET kreditu, jew ekwivalenti*). Persuna li jkollha kwalifika rikonoxxuta, f' Livell 4 tal-MQF suġġetta għal minimu ta' 120 ECTS/ECVET kreditu, jew ekwivalenti*) segwita b'sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata, titqies bħala li tissodisfa l-klawsola ta' 'Higher Technician Diploma', jew kwalifika xierqa kumparabbli.
*Fin- nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60/120 ECTS/ECVET kretti (skont kif applikabbli). Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.
2.6 Il-persuna nnominata tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Unjins kompetenti.
2.7 Jekk il-persuna magħżula tkun impjegata ta’ organizzazzjoni fis-Settur Pubbliku aktar wiesgħa, hi tkun meħtieġa tagħmel l-arranġamenti tagħha sabiex tkun rilaxxata għall-Ministeru għal Għawdex.
2.8 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.
2.9 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Tradesman/Senior Tradesman (Electrician) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jew impjegati tas-Settur Pubbliku, u:
(i) li għandhom ċertifikat ta' Journeyman fis-sengħa ta' Electrician/Technician wara li jkunu temmew b'suċċess il-kors ta' studju taħt l-Extended Skills Training Scheme (ESTS), jew kwalifika rikonoxxuta, xierqa, komparabbli jew ogħla;
JEW
(ii) uffiċċjali pubbliċi li l-kompetanza tagħhom fis-sengħa ta' Electrician/Technician tkun ġiet iċċertifikata minn Bord tal-Eżamijiet imwaqqaf taħt l-Att dwar is-Servizz tal-Impjieg u Taħriġ, jew programm relevanti kumparabbli fl-istess qasam fil-Livell 2 tal-MQF.
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entita’ rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entita’, f’kaz li ħaddiema tas-Settur Pubbliku li jintgħażlu għall-post.
Ħaddiema tal-RSSL li jiġu magħżula għal dan il-post ikollhom l-impjieg tagħhom mal-RSSL awtomatikament terminat wara li jtemmu b’suċċess il-perjodu ta’ prova.
4.4 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba.
4.5 Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
4.8 Uffiċċjali Pubbliċi li jgħixu Għawdex iżda li jaħdmu Malta, u li għandhom grad sustantiv bħal ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, jistgħu japplikaw lateralment. F'każ li jintgħażlu, dawn l-Uffiċċjali Pubbliċi jiġu ttrasferiti għall-Ministeru għal Għawdex, u jżommu l-grad u s-salarju tagħhom. Huwa kkjarifikat li dawn il-kandidati ma jingħatawx marki addizzjonali fil-proċess tal-għażla għall-pussess ta' kwalifiċi li huma rekwiżiti tal-eliġibilita' skont din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għal Għawdex |
Contact Persons : | Isabella Grech |
Address : | Fergħa tal-People Management Direttorat għas-Servizzi Korporattivi Ministeru għal Għawdex Pjazza San Franġisk Rabat Għawdex |
Telephone : | 22100224 |
Email address : | isabella.a.grech@gov.mt |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.