Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Officer II (Crime Analysis)

     Nru. ta' Referenza Government Gazette dated 14/02/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 14/02/2020 14:00
    Data tal-għeluq: 28/02/2020 12:00
    Ministeru: Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
1. Is-Segretarju Permanenti Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Officer II (Crime Analysis) fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati iridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut tas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Officer II (Crime Analysis) huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fl-2020 huwa ta’ €24,894 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €28,081.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Officer II (Crime Analysis)  titla’ fi Skala ta’ Salarju 6 (€26,543 x €596.33 - €30,121 fis-sena 2020) wara tliet (3) snin servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Officer II fi Skala ta' Salarju 7.

2.5 Il-kandidati magħżula jkunu wkoll intitolati għall-ħlas ta' 10% tas-salarju bażiku tagħhom.

2.6 Ġaladarba jiġi appuntat għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-kandidat maħtur jiġi rikjest biex jirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni oħra li attwalment il-proċess tagħha fi ħdan is-Servizz Pubbliku għadu għaddej u li dakinhar tad-data tal-ħatra jkun għadu pendenti, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjoniet tas-SAAC (li tinkludi ukoll l-Assistenti Diretturi).

2.7 Applikazzjonijiet laterali minn Uffiċjali Pubbliċi, li diġà għandhom ħatra fl-istess grad imsemmi f’din is-sejħa, huma aċċettati biss bil-kundizzjoni li l-ispeċjalizzazzjoni marbuta ma’ din il-vakanza hija differenti minn dik relatata mal-ħatra kurrenti tal-applikanti u liema vakanza tirrikjedi kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit tal-eliġibbiltà, li l-applikant huwa mistenni li jissodisfa.

  1. Il-kandidati magħżula iridu jservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjonijiet tas-SAAC (li tinkludi ukoll l-Assistenti Diretturi).

2.8 Mhux ser ikun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra.  Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet x’imkien ieħor fil-qasam tal-ispecjazlizzazzjoni tagħhom , suġġett għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti u l-esiġenzi tal-Maniġment.

2.9 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Officer II (Crime Anaysis) jinkludu:

  1. Ġbir ta' data dwar il-kriminalita' għal żona ġeografika speċifika jew ġurisdizzjoni, kif ukoll iż-żamma ta' databases kurrenti u futuri li jintużaw;
  2. Korrelazzjoni ta' informazzjoni minn rapporti tal-Pulizija b'map data u rapporti tal-komunita' biex jinkiseb sens sħiħ ta' reati mwettqa f'żona;
  3. It-twettiq ta' intervisti biex tinkiseb aktar informazzjoni mingħand individwi li jirrapurtaw reati jew uffiċċjali li jinvestigaw dawk l-inċidenti;
  4. It-twettiq ta' analiżi tad-data, inkluż il-valutazzjoni tad-data u d-derivazzjoni ta' għarfien bl-użu ta' għadd ta' metodi kwantitattivi u kwalitattivi;
  5. L-użu ta' mmudellar ta' probabbilta' u statistika biex tiġi ddeterminata l-probabbilta' ta' delitti, l-iżvilupp ta' mapep li juru żoni ta' attivita kriminali kkonċentrata u, l-iżvilupp ta' profili kriminali bbażati fuq analiżi bir-reqqa ta' xejriet u okkorrenzi ta' kriminalita';
  6. Tipprepara rapporti dwar il-kriminalita', inkluż l-iżvilupp ta' varjeta ta' rapporti li jappoġġjaw l-attivitajiet tal-Pulizija; spiss jinkludu graffs u tabelli li juru informazzjoni miġbura dwar il-kriminalita' minn perjodu ta' żmien speċifiku, kif ukoll informazzjoni statistika u ta' probabbilta' dwar l-attivita kriminali potenzjali;
  7. Tikteb rapporti dwar mudelli identifikati matul il-proċess ta' analiżi, inklużi rapporti li fihom issir il-konklużjoni dwar l-attivita' kriminali kurrenti u futura f'qasam partikolari;
  8. Tiżviluppa Strateġiji għall-Prevenzjoni tal-Kriminalita' għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-kriminalita' billi taħdem mill-qrib mal-persunal tal-infurzar tal-liġi; inkluż l-isforzi ta' komunikazzjoni tal-Komunita' biex tinkoraġġixxi rappurta preċiż ta' reati; tikkunsidra l-impatt ta' dawn l-istrateġiji u tidentifika opportunitajiet għal żoni tal-Pulizija b'mod effettiv mingħajr ma jkollha impatt negattiv fuq il-Komunita' tal-madwar;
  9. Tippreżenta s-ssejbiet lill-persunal tal-infurzar tal-liġi u twettaq preżentazzjonijiet għall-Uffiċjali tal-Pulizija u persunal ieħor tal-infurzar tal-liġi;
  10. Tħehhi ħendawts li jipprovdu aċċess faċli għall-informazzjoni meħtieġa, tiżviluppa slideshows biex jgħinu biex jivviżwalizzaw u jikkondividu d-data mall-uffiċċjali u, billi jispjegaw il-metodi tagħhom lis-superviżuri biex jappoġġjaw is-sejbiet;
  11. Twettaq dmirijiet oħra li jistgħu jiġu ddelegati mill-Kap tad-Dipartiment u s-Segretarju Permanenti;
  12. Twettaq dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża kemm miktuba kif ukoll verbali;
U
  1. ikollhom kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti, rigward korsijiet li bdew minn Ottubru 2008), fil-Kriminoloġija, jew kwalifika professjonali komparabbli.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.


4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija fil-paragrafu 4.1 iii) jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.3 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.4 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.5 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Ministry / Department :
Home Affairs, National Security and Law Enforcement
Contact Person :
Stephanie Farrugia
Address :
201, Strait Street, Valletta
Telephone :
25689203
Email address :

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.