Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    SPIŻJARA FUQ BAŻI FULL-TIME / PART-TIME

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 27/01/2023


    Pubbliku Ġenerali - Sejħa Kontinwa  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 17/03/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 10/04/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Duties 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-post ta’ Spiżjara fuq bażi Full-time / Part-time fil-Ministeru għas-Saħħa

2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)–il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Spiżjara huwa ta’ Skala ta’ Salarju 9, li fis-sena 2023 hu €24,494.79 li jiżdied b’€447.33 fis-sena sa massimu ta’ €27,178.77 fis-sena.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Spiżjara titla’ fi Skala 8 (€26,048.25 x €486.83 - €28,969.23 fis-sena) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti, li matul din, l-iSpiżjara huwa suġġetta għal placements fuq sistema ta’ rotazzjoni, kif indikat mill-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien, fis-setturi varji tas-servizz pubbliku. Matul dan il-perjodu ta’ żmien fil-grad ta' Spiżjara, il-kandidati li jintemmu b’suċċess iridu jiksbu Certificate of Completion of General Professional Training (CCGPT). Sa kemm tali żmien li dan il-programm ta’ taħriġ ikun fisseħħ, dan ir-rekwiżit jiġi mneħħi.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Spiżjara tiġi promossa għall-grad ta’ Spiżjara Anzjana fi Skala 7 (€27,697.53 x €531.17 - €30,884.55 fis-sena) wara sitt (6) snin servizz fil-grad ta’ Spiżjara, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

Ladarba is-Certificate of Completion of General Professional Training (CCGPT) ikun għaddej, il-progression għal Spiżjara Anzjani fi Skala ta’ Salarju 7 tkun wara sentejn (2) snin ta' servizz sodisfaċenti fi Skala ta’ Salarju 8 u tlestija b'suċċess tas-CCGPT.

2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji l-oħra tali, u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra tali li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.

2.6 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.7 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.


Dmirijiet

3.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Spiżjar jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma' dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq recruitment.health@gov.mt.

3.2 Kandidati magħżula jistgħu jkunu meħtieġa jwettqu dmirijiet fi kwalunkwe servizz tal-kura tas-saħħa tal-Gvern ta’ Malta għad-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

3.3 Il-kandidati magħżulin jistgħu jkunu meħtieġa jaħdmu fuq bażi ta' shift li jinkludi xogħol bil-lejl skont rosters stabbiliti. Spiżjara ingaġġati fuq bażi part-time ikunu meħtieġa li jaħdmu minimu ta' 20 siegħa fil-ġimgħa u allokati f'rosters u sezzjonijiet skont l-eżiġenzi tas-servizz.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

(ii)(a) profiċjenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li m’humiex profiċjenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma jridu jipprovdu evidenza ta’ profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma tal-ħatra li hi fi żmien sena (1) mill-ingaġġ, billi jgħaddu b’suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 u Part 2 tal-Università ta’ Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 u Part 2 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti talUniversità ta’ Malta. Kwalunkwe spejjeż tal-kors jew assessjar tiegħu jkunu mħallsa mill-kandidati prospettivi. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jiġu applikati biex jitħallsu lura permezz tal-iSkema tal-Continuous Pharmacy Education (CPE).

U

(b) profiċjenti fil-lingwa Ingliża

Jew
  • billi jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;
Jew
  • jipprovdu sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (International English Language Testing System) ta’ band score medju ta’ 6 jew ogħla f’dominji ta’ komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta’ band score medju ta’ 6) eż. GCSE/ Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT): 60-80, CEFR : B2 jkunu wkoll aċċettati;
Jew
  • billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta’ xogħol iċċertifikata full-time bħala Spiżjara fir-Renju Unit jew fl-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellmu l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa l-lingwa primarja u/jew uffiċjali.
U

(iii) fil-pussess ta’ warrant biex jipprattikaw bħala Spiżjara f’Malta.

       iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat. 

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

Aktar minhekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom formalment ġabu r-rekwiżit speċifikat f’ paragrafu 4.1 (iii), xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti ta’ tali rekwiżit sal-aħħar ta’ Diċembru 2023. Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati jridu juru r-rekwiżit indikati f’paragrafu 4.1 (iii) qabel il-ħatra.

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.5 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.7 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.8 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MFHEA, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

 Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa

Contact Persons :

 Maureen Mahoney

Address :

 Diviżjoni tal-People Management,

Minsiteru għas-Saħħa

15, Palazzo Castellania,

Triq Merkanti,

Valletta, VLT 1171

Telephone :

 +356 22992604

Email address :

recruitment.health@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.