Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Trainee Manager I / Manager I (Accounting and Finance)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern Numru 20,340


    Pubbliku Ġenerali - Sejħa Kontinwa  

    Indefinita  

    Negozju u Finanzi Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 21/02/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 19/06/2020 12:00
    Ministeru: Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
1. Is-Segretarju Permanenti (Integrazzjoni u Amministrazzjoni) , Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Trainee Manager I / Manager I (Accounting and Finance) fil-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Trainee Manager I (Accounting and Finance) huwa ta’ Skala ta’ Salarju 10, li fl-2020 huwa ta’ €20,603 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,049.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Manager I (Accounting and Finance) titla’ fi Skala ta’ Salarju 9 (€21,933 x €447.33 - €24,617 fis-sena 2020) wara sentejn (2) servizz fil-grad fi Skala ta’ Salarju 10, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Persuna fil-grad ta’ Manager I (Accounting and Finance) titla’ fi Skala ta’ Salarju 8 (€23,358 x €486.83 - €26,279 fis-sena 2020) wara ħames (5) snin servizz fil-grad fi Skala ta’ Salarju 9, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.6 Persuna fil-grad ta’ Manager I (Accounting and Finance) titla’ fi Skala ta’ Salarju 7 (€24,894 x €531.17 - €28,081 fis-sena 2020) wara tliet (3) snin servizz fil-grad fi Skala ta’ Salarju 8, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.7  Il-kandidati magħżula jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 10% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
  1. Il-persuni maħtura jkunu intitolati għal benefiċċji oħra suġġett għall-kundizzjonijiet u l-obbligi li huma stipulati fil-Working Conditions for Officers within the Managerial Stream for Qualified Personnel.
2.8 Persuna fil-grad ta’ Trainee Manager I (Accounting and Finance) ma tkunx intitolata għall-kundizzjonijiet u benefiċċji elenkati minn 2.4 sa 2.7 (a) sakemm l-uffiċjal jikseb il-kwalifika mitluba jew prova ta’ konferma tal-kwalifika mitluba għall-grad ta’ Manager I (Accounting and Finance), kif indikat f’4.1 (iii). Jekk ma jkunx hemm konferma sal-31 ta’ Ottubru, 2020, il-grad jiġi terminat awtomatikament.

2.9 Ġaladarba jiġi appuntat għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-kandidat maħtur jiġi rikjest biex jirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni oħra li attwalment il-proċess tagħha fi ħdan is-Servizz Pubbliku jkun għadu għaddej u li dakinhar tad-data tal-ħatra jkun għadu pendenti, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjonijiet tas-SAAC (li tinkludi wkoll l-Assistenti Diretturi).

2.10 Applikazzjonijiet laterali minn Uffiċjali Pubbliċi, li diġà għandhom ħatra fl-istess grad imsemmi f’din is-sejħa, huma aċċettati biss bil-kundizzjoni li l-ispeċjalizzazzjoni marbuta ma’ din il-vakanza hija differenti minn dik relatata mal-ħatra kurrenti tal-applikanti u liema vakanza tirrikjedi kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit tal-eliġibbiltà, li l-applikant huwa mistenni li jissodisfa.
  1. Il-kandidati magħżula jridu jservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjonijiet tas-SAAC (li tinkludi wkoll l-Assistenti Diretturi).
2.11 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam tal-Accounting and Finance, suġġett għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti u l-eżiġenzi  tal-management.

2.12 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

3.  Id-dmirijiet ta’ Trainee Manager I / Manager I (Accounting and Finance) jinkludu:
  1. ikun responsabbli għall-iproċessar f’waqtu ta’ transazzjonijiet fiskali u finanzjarji, verifiki, rekordjar, rendikonti (tracking) u rikonċiljazzjoni;

  2. ikun responsabbli għall-korrettezza ta’ żamma bażika ta’ kotba (book keeping) u dokumenti oħrajn ta’ kontabbilita’ (accounting). Dan jinkludi t-twettiq ta’ xogħol rigward il-proċess ta’ rikonċiljar tal-bank tal-Kont Pubbliku (Public Account). Dan jinkludi dmirijiet relatati mat-transizzjoni tal-Gvern lejn sistema ta’ accrual accounting;
  3. responsabbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni, politiki, direzzjonijiet, proċeduri u linji gwida f’Dipartiment jew Ministeru partikulari jew mifrux mal-Gvern;

  4. responsabbli għall-manutenzjoni u l-kontroll tal-konitjiet (accounts), bħalma huma kontijiet below-the-line u voti oħra. Jevalwa wkoll il-virements fi ħdan il-Voti kif ukoll it-talbiet għall-finanzjament addizzjonali;

  5. jikkoordina r-rilaxx ta’ fondi permezz ta’ mekkaniżmi varji u l-ġbir ta’ dħul finanzjarju, japprova transazzjonijiet kif ikun dirett/ordnat, janalizza accounts ta’ management, stqarrijiet ta’ likwidità/cashflow u rapporti finanzjarji oħrajn bħala parti mill-proċess;

  6. jikkontribwixxi għall-ippjanar u l-kontroll ta’ Baġit/nefqa, inkluż ukoll jikkontribwixxi/jagħti sehmu filkompilazzjoni tal-Business and Financial Plan;

  7. jivvaluta l-allokazzjonijiet baġitarji u t-tbassir tad-dħul fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern, kemm għas-sena ta’ wara kif ukoll fuq il-bażi ta’ pjan kummerċjali u finanzjarju ta’ tliet snin, u l-moniteraġġ kontinwu tagħhom matul is-sena;

  8. jikkontribwixxi għall-kompilazzjoni, koordinazzjoni ta’ analiżi, verifiki u spezzjonijiet. Dan jista’ jinkludi lparteċipazzjoni, awtorizzazzjoni ta’ u superviżjoni ta’ spezzjonijiet fuq il-post u ċċekkjar bla notifikazzjoni;

  9. jagħti kontribut fl-interpretazzjoni tal-accounts finali u jipparteċipa fl-analiżi u r-reviżżjonijiet tal-value for money;

  10. jikkontribwixxi u jassisti fil-kompilazzjoni ta’ rapporti varji, li jistgħu joriġinaw minn ħtiġijiet interni, nazzjonali jew internazzjonali. Eżempji ta’ rapporti bħal dawn huma rapporti tad-dħul u l-ħruġ tal-flus u likwidita’ (cashflow statements), ir-Rapport Finanzjarju, ir-Rapport tad-Defiċit u Dejn (Fiskali) ta’ Malta, rapporti għallkompilazzjoni ta’ Accounts Finanzjarji u mhux Finanzjarji, dikjarazzjonijiet statutorji maħruġin kull kwart tas-sena jew annwali, u oħrajn;

  11. jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proġett fosthom proċessi ddelegati, bħallimplimentazzjoni u l-manutenzjoni tal-Corporate Financial Management Solution (CFMS) fost l-oħrajn, kif ukoll l-identifikazzjoni ta’ titjib tal-proċess għar-raġuni ta’ simplifikazzjoni, innovazzjoni u valur miżjud;

  12. jassisti lis-Senior Management fit-tħejjija tal-qagħda baġitorja ta’ Malta, il-kalkulazzjoni u l-assessjar ta’ allokazzjonijiet bagitarji ta’ Malta u Stati Membri oħrajn, kif ukoll fil-preparazzjoni ta’ briefs għal-laqgħat inkluż laqgħat ta’ livell għoli;

  13. jirrappreżenta lid-Dipartiment jew lill-Ministeru f’laqgħat u konferenzi, kemm lokali kif ukoll internazzjonali u jipparteċipa fi gruppi ta’ ħidma;

  14. jirrappreżenta lid-Dipartiment jew lill-Minsteru f’xi proċeduri legali kif ikun mitlub minnu w jassigura l-korrettezza u r-relevanza tad-dokumentazzjoni;

  15. iżomm ruħu aġġornat ma’ standards ta’ accounts, leġiżlazzjoni finanzjarja u politiki tal-Gvern. Kif ukoll izomm ruħu aġġornat ma' sistemi ta' accounting, proċeduri u applikazzjonijiet, u jsegwi taħriġ kif jintalab jagħmel. Jassigura li kull aġġornament ikun mgħoddi lill-impjegati taħt is-superviżjoni tiegħu;

  16. jikkontribwixxi lejn il-formulazzjoni u l-aġġornar ta’ politiki ta’ natura finanzjarja kif ikun mitlub minnu. Dan jinkludi t-twettiq ta’ riċerka u l-ifformular ta’ rakkomandazzjonijiet informati lis-Senior Management, jiżviluppa materjal ta’ taħriġ għall-użu fi ħdan id-Dipartiment jew lil hinn minnu w iħarreġ impjegati taħt is-superviżjoni tiegħu;

  17. jipprovdi input tekniku dwar it-transpożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-UE għal fuq il-leġiżlazzjoni Maltija kif ikun mitlub;

  18. iżomm kuntatt ma’ stakeholders interni u esterni. Dan jitlob li għandu jaġixxi bħala punt ta’ referenza għallimpjegati li jaqgħu taħt is-superviżjoni tiegħu waqt li jressaq materji għall-attenzjoni tas-Senior Management kif ikun neċessarju, kif ukoll jipprovdi għajnuna u sostenn lill-klijenti;

  19. iwettaq dmirijiet ta’ superviżjoni u jipprovdi għajnuna attiva kif ikun jinħtieġ, rigward xogħlijiet li jsiru minn jum għal jum, li jinkludu tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari, l-imaniġġjar u d-distribuzzjoni ta’ korrispondenza u talbiet għal informazzjoni, iż-żamma ta’ rekords, kif ukoll l-inputtjar u l-aġġornar ta’ informazzjoni bbażata fuq kompjuter u databases u data ta’ statistika;

  20. dmirijiet oħra skont struzzjonijiet mogħtija mid-Direttur, id-Direttur Ġenerali, u s-Segretarju Permanenti, u;

  21. dmirjiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta ‘impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar ‘Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)’, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji.
Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

U
  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża. Dawk il-kandidati li m’għandomx MQF ta’ Livell 1 fil-lingwa Maltija jridu jattendu u jgħaddu b’suċċess fl-assessjar mill-kors ‘Maltese Language 1’ offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi. L-attendenza għal dan il-kors, flimkien mal-kisba tal-MQF tal-Livell 1, għandhom jitlestew qabel il-konferma tal-ħatra, jiġifieri fi żmien tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ.
Jekk il-persuna tonqos milli tippreżenta evidenza li għaddiet il-kors b’suċċess u attendiet sal-aħħar tal-perjodu ta’ prova (jiġifieri tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ), awtomatikament tintilef il-kariga msemmija hawn fuq.

U
  1. ikollhom kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVETS kretti, jew ekwivalenti, rigward korsijiet li bdew minn Ottubru 2003) f’Accountancy jew Business Management jew Business Administration jew Economics jew Banking and Finance jew ACCA jew kwalifika professjonali komparabbli. 
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbiltà, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta' Masters f’Livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti, għanda tinkludi minimu ta’ 60 ECTS/ECVETS kretti fir-rigward ta’ korsijiet li bdew minn Ottubru 2008.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija fil-paragrafu 4.1 iii formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 iii jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jkunu ġabu jew ġew approvati għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2020. Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati għandhom jipproduċu l-kwalifika indikata qabel il-ħatra.  Jekk l-iskadenza ma tintlaħaqx, il-kandidati magħżula jiġu skwalifikati mir-riżultat.

4.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).
Ministeru / Dipartiment :
Sezzjoni ta’ Reklutaġġ
Persuna Responsabbli’ :
Sa Elaine Psaila
Indirizz :
158, Cavallier House, Triq Zekka, Il-Belt Valletta.
Telefown :
25998431
Email address :


  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.