Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | Annex A - Assistant Manager _F&A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Assistant Manager fid-Direttorat Finanzi u Amministrazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.
2.2 Waqt il-perjodu ta’ probation/prova, dawk appuntati iridu jkunu temmew b’suċċess kors t’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.
2.3 Is-salarju ta’ Assistant Manager li jidħol fil-grad bir-rekwiżiti tal-eliġibbilta’ ta’ paragrafu 4.1 (iii) (a) jew (iii) (ċ) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2025 huwa ta’ €22,526.00 fis-sena, li jiżdied b’€354.00 fis-sena sa massimu ta’ €24,650.00.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 12 titla għal Skala 11, li fis-sena 2025 hija ekwivalenti għal €24,038.98 fis-sena, li tiżdied b'żidiet annwali ta' €375.17 sa massimu ta' €26,290.00, mal-kisba ta’ Diploma fil-Livell 5 tal-MQF kif imsemmija fil-paragrafu 4.1(iii) (b).
2.5 Persuna fil-grad t’Assistant Manager li tissodisfa l-klawsola 4.1 (iii) (b) titpoġġa fi Skala ta’ Salarju 11, u titla fi Skala 10 (€25,570.98 x €407.67 - €28,017.00) fis-sena 2025 wara tliet (3) snin servizz bħala Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 11, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.6 Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għall-ħlas ta' allowance tal-klassi ta' €500, suġġett għall-politiki tal-Amministrazzjoni Ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
2.7 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.
2.8 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.
2.9 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandhom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.
2.10 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Assistant Manager jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta ; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
- ċittadini ta’ Malta ; jew
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża;
U
iii. a. fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 120 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fil-Project Management jew Management Studies jew Studji Ewropej jew Business Administration jew Accountancy jew Creativity u Innovation jew Quality Assurance Management jew Diploma professjonali rikonoxxuta komparabbli fil-Livell 4 tal-MQF fl-Accountancy, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-Maniġment.
JEW
b. fil-pussess ta’ Diploma rikonoxxuta komparabbli fil-Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fil-Project Management jew Management Studies jew Studji Ewropej jew Business Administration jew Accountancy jew Creativity u Innovation jew Quality Assurance Management jew Diploma professjonali rikonoxxuta komparabbli fil-Livell 5 tal-MQF fl-Accountancy, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-Maniġment.
JEW
JEW
c. (i) fil-pussess ta’ żewġ (2) suġġetti fil-livell Avvanzat u tliet (3) suġġetti fil-livell Intermedju tal-Matrikola (li għandhom jinkludu tnejn (2) minn dawn is-suġġetti: Accountancy jew Economics) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta.
JEW
(ii) fil-pussess ta’ tliet (3) suġġetti fil-livell Avvanzat (li jrid jinkludi wieħed (1) minn dawn is-suġġetti: Accountancy jew Economics).
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 120/60 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
Kandidati magħżula li huma fil-pussess ta’ kwalifika rikonnoxxta fil-Livell 4 tal-MQF (kwalifika jew żewġ suġġetti fil-Livell Avvanzat flimkien ma’ tliet suġġetti fil-livell Intermedjajru tal-Matrikola jew fil-pussess ta’ tliet (3) suġġetti fil-livell Avvanzat, jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli), fl-oqsma indikati fil-paragrafu 4.1 (iii) (a) jew (c) jidħlu bħala Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 12). Mal-akkwist ta’ Diploma rilevanti fil-Livell 5 tal-MQF f’oqsma relatati, dawn l-uffiċjali jipprogressaw għal Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 11). Il-progressjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu skont id-dispożizzjonijiet indikati fid-dokument li jismu ‘Working Conditions for Officers within the Managerial Stream for Qualified Personnel’.
4.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar 'l isfel).
4.3 Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 iii (a) sa 4.1 iii (c) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Sezzjoni tal-People Management, Direttorat Finanzi u Amministrazzjoni, Uffiċċju tal-Prim Ministru |
Contact Persons : | Ms Shaznay Fenech Mr Andrea Briffa Ms Romina Brincat |
Address : | Berġa ta' Kastilja, Valletta |
Telephone : | 2200 1067 2200 2105 2200 1016 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.