Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Pożizzjonijiet Vakanti ta' Headship

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari UPM Nru 10/A/2020


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Definita  

    Pożizzjonijiet ta' Kapijiet
    Data ppubblikata: 22/05/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 05/06/2020 19:00
    Ministeru: Ministry for Education and Employment & Ministry for Tourism and Consumer Protection

Konnessjoni
Ara d-dokument Ċirkulari tal-UPM Nru 10/A/2020 
Ara d-dokument Appendiċi B ma' Ċirkulari UPM Nru 10/A/2020 
Ara d-dokument OPM Circular No 10/A/2020' 
Ara d-dokument Appendix B to OPM Circular No 10/A/2020 

Required Documents

Certificates
GP47  Dikjarazzjoni Motivazzjonali   Four Year Plan 
Il-Kumitat Konsultattiv għal Ħatriet Anzjani (SAAC) jixtieq jidentifika uffiċjali pubbliċi xierqa li jistgħu jiġu rakkomandati biex jimlew pożizzjonijiet fis-Servizz Eżekuttiv fi grad ogħla hekk imsejjaħ ‘Headship Position[1]’ fi grad 3 (Skala ta’ Salarju 3) murija fil-lista mmarkata b’Appendiċi B mehmuża maċ-Ċirkulari. Il-ħatriet għandhom isiru abbażi ta’ ftehim għal perjodu ta’erba’ snin u jkunu suġġetti għal perjodu ta’ prova ta’ sena. Din iċ-ċirkulari hija supplimentari għaċ- Ċirkulari UPM Nru. 10/2020.


[1] Headship Positions jinkludu Kapijiet ta’ Dipartimenti u Uffiċjali oħra b’ poteri statutorji li huma mniżżlin fit-tieni taqsima tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (CAP 595), kif ukoll pożizzjonijiet oħra ta’ Diretturi Ġeneral jew Diretturi li mhumiex imniżżlin.

Pożizzjoni
Qasam
Skala
Director General
(Curriculum, Lifelong Learning & Employability), MEDE
3
Director General
(Parks Malta), MTCP
3
Skala ta' Salarju 3

Dmirijiet

Il-position descriptions għal kull waħda mill-pożizzjonijiet maħruġa jistgħu jkunu aċċessati minn din il-<ħolqa>.
Tista' wkoll tintalab kopja billi tintbagħat ittra elettronika lil managementsupport.opm@gov.mt

Eliġibbiltà

Eliġibbiltà

Appendiċi B - Uffiċjali oħra b’poteri statutorji li huma mniżżlin fit-tieni taqsima tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u pożizzjonijiet oħra ta’ Direttur Ġenerali jew Direttur li mhumiex imniżżlin

Biex ikunu eliġibbli għal dawn il-pożizzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:
(a)       uffiċjali pubbliċi anzjani li huma msemmija hawn fuq jew uffiċjali pubbliċi oħra li għandhom grad sostantiv fi skala 7 jew ogħla jew servew fis-Servizz Pubbliku f’pożizzjonijiet klassifikati fi skala 7 jew ogħla ghal erba’ snin konsekuttivi;
(b)      Profiċjenti u kapaċi jikkomunikaw b’mod effettiv kemm verbalment kif ukoll bil-kitba kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll bil-lingwa Ingliża.

Uffiċjali li preżentament jokkupaw kariga ta’ Kap u li servew mill-inqas sena mit-terminu tal-Performance Agreement attwali jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni msemmija f’dan l-avviż, kemm-il darba jkunu ssodisfaw il-ħtiġiet ta’ eliġibbiltà pertinenti. Il-kriterju li wieħed irid ikun għamel minn tal-inqas sena mit-terminu tal-Performance Agreement attwali ma japplikax għal min ikun ser japplika għall-’pożizzjoni ogħla.

Il-Kumitat Konsultattiv għal Ħatriet Anzjani (SAAC) jidentifika liema minn dawk il-kandidati eliġibbli huma kompetenti biex jimlew dik il-pożizzjonijiet vakanti.

Ministeru/ Dipartiment :

People & Standards Division

Persuna lil min Tikkuntattja :

Ms Paula Zahra

Indirizz :

3, Pjazza Kastilja

Il-Belt Valletta - VLT 1062

Telefon :

2200 1510

Imejl :

paula.a.zahra@gov.mt


  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.