Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    UFFIĊJAL GĦALL-INTEGRAZZJONI

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern Datata 15/05/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita Raġuni Oġġettiva  

    Oħrajn
    Data ppubblikata: 15/05/2020 14:00
    Data tal-għeluq: 29/05/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza
    Dipartiment: Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Uffiċjal għall-Integrazzjoni għall-proġett "Tagħlim-Skambju-Integrzzjoni" (MT/2016/AMIF/3.01) fi ħdan id-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem, fil-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza.

3. Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Uffiċjal għall-Integrazzjoni huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 9 (ekwivalenti għal €24,169.67 fl-2020), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar.

Dmirijiet

4. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta' Uffiċjal għall-Integrazzjoni fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
  1. Ikunu kapaċi jikkomunikaw bil-Lingwa Ingliża u preferibilment bil-Lingwa Maltija. Dawk il-kandidati li m'għandomx MQF ta' Livell 1 fil-Lingwa Maltija, iridu jattendu u jgħaddu b'suċċess fl'assessjar mill-kors 'Maltese Language 1' offrut mill-Institut għas-Servizzi Pubbliċi. L-attendenza għal dan il-kors, flimkien mal-kisba tal-MQF tal-Livell 1 għandhom jitlestew qabel il-konferma tal-ħatra, jiġifieri fi żmien tnax (12)-il xahar mill-ingaġġ. 

    Jekk il-persuna tonqos milli tippreżenta evidenza li għaddiet mill-korsijiet b'suċċess u attendiet sal-aħħar tal-perjodu ta' prova (jiġifieri tnax (12) -il xahar mill-Ingaġġ), awtomatikament tintilef il-kariga msemmija hawn fuq;

    U
  2. (a) Ikunu fil-pussess ta' kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġet għal-minimu ta' 180 ECTS/ECVET kretti jew ekwivalenti, fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003) fl-Anthropolgy, jew Economics, jew European Studies, jew Human Rights, jew International Relations, jew Public Policy, jew Social Studies, jew Social Work, jew Sociology, jew Youth and Community Work jew kwalifika professjonali komparabbli, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol relevanti;

    JEW

    (b) Ikunu persuni li jokkupaw il-pożizzjoni partikolari fuq bażi personali li ġew ikkonfermati f'tali pożizzjoni.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni jridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

5.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta' Masters f'Livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti, ghandha tinkludi minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti fir-rigward ta' korsijiet li bdew minn Ottubru 2008. 

Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbilta’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.    

5.3 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

5.4 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

5.5  L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Ministry / Department :
Ministeru għall-Ġustizza, l-Ugwaljanza u l-Governanza
Contact Person :
Kylie Muscat
Address :
Direttorat għas-Servizzi Koperattivi
Spinola Palace Business Centre, Level 3
Triq San Kristofru, Valletta
Telephone :
22479923
Email address :
recruitment.justice@gov.mt

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.