Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Pożizzjoni ta’ Kuntistabbli ta' Riserva (Bandist) fid-Dipartiment tal-Pulizija

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 26 t'April 2024


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Bl-Uniformi u Sigurtà
    Data ppubblikata: 26/04/2024 11:00
    Data tal-għeluq: 13/05/2024 17:15
    Ministeru: Ministry for Home Affairs, Security and Employment

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Il-Kummissarju tal-Pulizija, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Kuntistabbli ta' Riserva (Bandist) fid-Diparament tal-Pulizija fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol.


3.1 Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Kuntistabbli ta' Riserva (Bandist) jiġi imħallas pro-rata skont is-siegħat maħduma fuq €11.97 fis-siegħa, skont Salarju Skala 11 Step 7 fil-2024.

3.2 Ħlas ta' paga se jkun b'lura skont attendenzi ċċertifikati u vverifikati.


Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Kuntistabbli ta' Riserva (Bandist) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bl-Ingliż; ​
  2. ikunu medikament b'saħħithom f'kull aspett; kemm fiżikament u mentalment;
  3. applikazzjonijiet mingħand kandidati li jkollhom fuq il-persuna tagħhom tatwaġġi u/jew heavy body piercing jiġu kkunsidrati skont il-każ; 
  4. profiċjenti fil-mużika f'wieħed jew iktar minn dawn l-istrumenti:- Flute/Piccolo, Oboe/Cor Anglais, Bassoon, Bass Clarinet, Eb Clarinets, Bb Clarinets, Horns, Soprano/Alto/Tenor/Baritone Saxaphones, Bb Baritones, Euphoniums, Bb Trumpets/Cornets, Flugel Horns, Trombones/Bass Trombones, Eb and Bb Tuba, Bass Guitar, Keyboards/Organ, Harp, Percussion, Bagpipes.  
  5. Tingħata preferenza lil kandidati li għandhom esperjenza fil-Banda tal-Pulizija ta' Malta jew banda militari.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta' karriera differenti jew f'pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta' karriera jew le.

5.2 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

5.3  L-applikanti kollha ikunu suġġetti għall-screening matul il-proċess kollhu tas-selezzjoni. Jekk ma jintlaħaqx l-istandard meħtieġ, l-applikanti ikunu ikkunsidrati ineliġibbli.



Ministry / Department :

 Departiment tal-Pulizija

Contact Persons :

 Ms Stephanie Farrugia

Address :

 Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Pjazza San Kalċidonju, Furjana

Telephone :

 +356  21240001

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.