Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | Annex A - Manager I (Procurement) |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager I (Procurement) fil-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12) -il xahar.
2.2 Waqt il-perjodu ta’ probation/prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.
2.3 Is-salarju ta’ Manager I (Procurement) huwa ta’ Skala ta’ Salarju 10, li fis-sena 2025 huwa ta’ €25,570.98 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €28,017.00.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Manager I fi Skala ta' Salarju 10 titla’ sa Skala ta’ Salarju 7 (€30,506.98 x €531.17 - €33,694.00) fl-2025 wara tmien (8) snin servizz bħala Manager I fi Skala ta’ Salarju rispettiv, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.5 Persuna fil-grad ta' Manager I (Skala ta’ Salarju 10) li tikseb degree ta’ Masters rikonoxxut fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 90 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) f’oqsma rilevanti kif determinat mill-Maniġment għandha titqiegħed fi Skala ta' Salarju 9 (€27,145.02 x €447.33 - €29,829.00 fl-2025) u tavvanza għal Skala ta’ Salarju 8 (€28,792.02 x €486.83 - €31,713.00 fl-2025) wara sentejn (2) snin servizz sodisfaċenti bħala Manager I (Skala ta' Salarju 9).
*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET.
2.6 Persuna fil-grad ta' Manager I (Skala ta’ Salarju 8) se tkompli tavvanza għal Skala ta’ Salarju 7 (€30,506.98 x €531.17 - €33,694.00 fl-2025) wara sentejn (2) servizz sodisfaċenti bħala Manager I (Skala ta’ Salarju 8).
2.7 Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 10% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti, u ħlas annwali ta' allowance tal-klassi ta' €750, suġġett għall-politiki tal-Amministrazzjoni Ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
2.8 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam ta-Procurement, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.
2.9 Ir-riżultat jibqa’ validu għal perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.
2.10 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
a. Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal dan il-post ta' Manager I (Procurement) fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u l-għeluq tad-data ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu: Uffiċjali Pubbliċi jew Ħaddiema tas-Settur Pubbliku li huma ssekondati mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Ħaddiema tal-RSSL. Uffiċjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw.
(i) ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża;
U
(ii) ikollhom degree ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fil-Procurement, jew Finance, jew Business, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-Maniġment.
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 180 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabbli hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.
Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 (i) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’Livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-Livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni |
Contact Persons : | Charlene Cassar |
Address : | Direttorat Servizzi Korporattivi Spinola Palace Business Centre, Livell 3, Triq San Kristofru, Il-Belt Valletta VLT 1464 |
Telephone : | 23279588 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.