Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Annex A |
Ara d-dokument | Appendix A |
Ara d-dokument | Job Description |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport (MEDS) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma ta' abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, il-MEDS jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ Taħriġ Inizjali u Żviupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja)
1.1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport (MEDS) jilqa’ applikazzjonijiet minn Kapijiet tal-Iskola, Assistenti Kapijiet tal-Iskola, Uffiċjali Edukattivi, Kapijiet ta’ Dipartiment u Għalliema/Instructors li rtiraw, servew fi skejjel liċenzjati statali u mhux statali li joffru edukazzjoni obbligatorja biex jwettqu dmirijiet ta’ tagħlim fi ħdan il-Kulleġġi Statali fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport biex iservu f’Malta u / jew Għawdex għal perjodu definit fuq bażi full-time jew part-time, kif u meta jkun meħtieġ.
1.2. L-applikanti jkunu jistgħu japplikaw għal xi wieħed mis-suġġetti/oqsma/ċiklu mgħallma f'edukazzjoni obbligatorja, billi jindikaw fis-CV is-suġġett/i/qasam/ċiklu. Għal-lista ta' suġġetti /oqsma/ ċiklu ġentilment ara l-Appendiċi A.
Salarju
3.1. Għalliema/instructors irtirati li ġew magħżula biex jirritornaw biex jgħallmu, se jitħallsu fuq l-Iskala tas-Salarju u step bbażżat fuq meta irtiraw, inkluż l-allowances kollha rilevanti applikabbli, mal-preżentazzjoni tal-evidenza (testimonjanzi /dokumenti) għas-sodisfazzjon tal-maniġment.
3.2. Il-Kapijiet tal-Iskola, Assistenti Kapijiet ta’ l-Iskola, Uffiċjali Edukattivi, u Kapijiet ta’ Dipartiment li ġew magħżula biex jirritornaw biex jgħallmu, għandhom jitħallsu il-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 (li hija l-massimu ta’salarju ta’ għalliem), inklużi l-allowances kollha rilevanti applikabbli.
3.3. Il-mid-day break supervision jitħallas bir-rata applikabbli ta’ bħal issa ta’ €12.92 is-siegħa.
3.4. Il-persuna magħżula tkun intitolata ukoll għall-bonus annwali u weekly income supplement kemm jekk taħdem fuq bażi full-time jew fuq bażi pro-rata skont in-numru ta' sigħat contact u non-contact maħduma jekk taħdem fuq bażi part-time, sakemm madankollu, dawn ma jkunux diġà qed igawdu minnu taħt xi waħda mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Retired Teacher jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża;
iii. Għalliema/Instructors,Kapijiet tal-Iskola, Assistenti Kapijiet tal-Iskola, Uffiċjali Edukattivi, u Kapijiet ta’ Dipartiment li rtiraw u li:
(a) huma fil-pusses ta’ Warrant (Permanenti) ta’ Għalliem;
u
(b) għandhom ta mill-inqas ħames (5) snin skolastiċi esperjenza ta’ tagħlim fis-suġġett/qasam/ċiklu li jkunu qed japplikaw għalih ġo skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obligatorja.
5.2. L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet, mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Education and Sport |
Contact Persons : | Edu Servizz.gov |
Address : | Great Siege Road,Floriana,VLT2000 |
Telephone : | 153 |
Email address : | info.education@gov.mt |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.