Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    IAID Executive (Compliance and Risk)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 20/03/2020


    Pubbliku Ġenerali - Sejħa Kontinwa  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 20/03/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 24/07/2020 19:00
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - IAID Executive (Compliance and Risk) 
Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), Uffiċċju tal-Prim Ministru, jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ IAID Executive (Compliance u Risk) fid-Dipartiment tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet (IAID), fl-Uffiċċju tal-Kabinett, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.

Is-salarju ta’ IAID Executive (Compliance u Risk) huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li huwa €24,894 fis-sena, li jiżdied b’ €531.17 fis-sena sa massimu ta’ €28,081 (fl-2020).

L-IAID Executive (Compliance u Risk) jitla’ fi Skala ta’ Salarju 6 (li fis-sena 2020 huwa €26,543 x €596.33 - €30,121) wara tliet (3) snin servizz sodisfaċenti fi Skala ta’ Salarju 7 fl-IAID.

Minħabba n-natura tax-xogħol involut, il-persuna magħżula tista’ tkun intitolata għal disturbance allowance sa 15% tas-salarju bażiku għal xogħol li jsir regolarment wara l-ħinijiet normali tal-uffiċċju, u/jew xogħol ta’ natura straordinarja, li jsir wara l-ħin tax-xogħol, kif ikun meħtieġ mill-Management u suġġett għall-approvazzjoni tad-Direttur Ġenerali (IAID). Din l-allowance tista’ tiżdied sa 25% f’ ċirkostanzi eċċezzjonali, u bl-approvazzjoni tas-Segretarju tal-Kabinett, Uffiċċju tal-Kabinett, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Id-disturbance allowance mhijiex allowance awtomatika u tiġi mħallsa fuq bażi ta’ xahar b’ xahar suġġetta għall-approvazzjoni kif indikata hawn fuq.

Persuna magħżula tkun intitolata: 

  1. għall-performance bonus sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku, suġġett għal prestazzjoni sodisfaċenti;

  2. IAID allowance ta’ €4,000 fis-sena;

  3. allowance annwali sħiħa biex tintuża għal attivitajiet ta’ żvilupp professjonali.
Persuna magħżula tista’ wkoll tibbenefika minn IAID Certification Allowance(s) kif applikabbli.

Dmirijiet

Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' IAID Executive (Compliance u Risk) fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

    1. ċittadini ta’ Malta; jew

    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew

    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew

    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew

    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża;

  2. li jkollhom kwalifika Master’s rikonoxxuta f’Livell 7 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi mibdija minn Ottubru 2008) fil-Management Studies, jew Business Studies, jew Accountancy, jew Awditjar, jew Public Policy, jew Kummerċ, jew Risk Management, jew Ekonomija, jew Statistika, jew Banking u Finance, jew kwalifika professjonali komparabbli, flimkien ma’ mhux inqas’ minn erba’ (4) snin esperjenza ta’ xogħol relevanti.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.  

Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Ministry / Department :
HR Branch, Finance & Administration Directorate, Office of the Prime Minister
Contact Persons :
Maryanne Xuereb, Romina Brincat, Eloise Magro
Address :
Auberge de Castille, St Paul’s Street, Valletta
Telephone :
22001010, 22001016, 22001011
Email address :

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.