Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | Annex A |
Ara d-dokument | Appendix A |
Ara d-dokument | Appendix B |
Ara d-dokument | Job Description |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1.1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR), jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Għalliem fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
1.2. L-applikanti jistgħu japplikaw għall-post ta’ Għalliem f’wieħed jew aktar mis-suġġetti li jidhru hawn taħt:
- Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC);
- Edukazzjoni Primarja (Ġenerali);
- Edukazzjoni Primarja (Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti);
- Edukazzjoni Sekondarja (Agribusiness);
- Edukazzjoni Sekondarja (Computing u/jew Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni - ICT)
- Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Inġinerija);
- Edukazzjoni Sekondarja (Etika);
- Edukazzjoni Sekondarja (Hairdressing u Beauty);
- Edukazzjoni Sekondarja (Saħħa u Kura Soċjali);
- Edukazzjoni Sekondarja (Ospitalità);
- Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni);
- Edukazzjoni Sekondarja (Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti);
- Edukazzjoni Sekondarja (Media Literacy);
- Edukazzjoni Sekondarja (Żvilupp Personali, Soċjali u fil-Karriera - PSCD);
- Edukazzjoni Sekondarja (Retail);
- Edukazzjoni Sekondarja (Xjenza);
- Edukazzjoni Sekondarja (Moda u Tessuti);
- Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Informazzjoni Vokazzjonali u/jew Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni - ICT);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Accounting);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Għarbi);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Arti);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Bijoloġija);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji tan-Negozju);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Kimika);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ċiniż);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Żfin);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Reċtar);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Disinn u Teknoloġija);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ingliż);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji Ewropej);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Franċiż);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ġografija);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ġermaniż);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Komunikazzjoni Grafika);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Storja);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ekonomija għad-Dar (HE);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Taljan);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Malti);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Matematika);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Mużika);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Edukazzjoni Fiżika (PE);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Fiżika);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Reliġjon);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji Soċjali);
- Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Spanjol);
- Edukazzjoni Post-Sekondarja (Studji Klassiċi);
- Edukazzjoni Post-Sekondarja (Computing u/jew Informazzjoni Teknoloġika);
- Edukazzjoni Post-Sekondarja (Ekonomija);
- Edukazzjoni Post-Sekondarja (Engineering Drawing and Computer Aided Design);
- Edukazzjoni Post-Sekondarja (Xjenza Ambjentali);
- Edukazzjoni Post-Sekondarja (Marketing);
- Edukazzjoni Post-Sekondarja (Filosofija);
- Edukazzjoni Post-Sekondarja (Psikoloġija);
- Edukazzjoni Post-Sekondarja (Soċjoloġija);
- Edukazzjoni Post-Sekondarja (Systems of Knowledge);
- Edukazzjoni Post-Sekondarja (Theatre and Performance);
1.2.1. Suġġett tal-Programm għal Tagħlim Alternattiv (ALP) għall-edukazzjoni mainstream jew skola/skejjel speċifiċi
- Edukazzjoni Sekondarja (Ġardinaġġ);
- Edukazzjoni Sekondarja (Arti u Disinn);
- Edukazzjoni Sekondarja (Auto Mechanics);
- Edukazzjoni Sekondarja (Automotive Repair - Body and Paint);
- Edukazzjoni Sekondarja (Inġinerija Bażika);
- Edukazzjoni Sekondarja (Servizzi tal-Bini);
- Edukazzjoni Sekondarja (Care Work);
- Edukazzjoni Sekondarja (Karpenterija);
- Edukazzjoni Sekondarja (Customer Care u Bejgħ);
- Edukazzjoni Sekondarja (Installazzjonijiet Elettriċi u Elettronika Bażika);
- Edukazzjoni Sekondarja (Induratura taż-Żejt u l-Ilma);
- Edukazzjoni Sekondarja (Hairdressing);
- Edukazzjoni Sekondarja (Multi-Media);
- Edukazzjoni Sekondarja (Personal and Beauty Care);
- Edukazzjoni Sekondarja (Plumbing);
- Edukazzjoni Sekondarja (Fuħħar u Ċeramika);
- Edukazzjoni Sekondarja (Sheet Metal/Blacksmith);
- Edukazzjoni Sekondarja (Welding and Fabrication);
1.2.2. Suġġett tal-Edukazzjoni Speċjali fiċ-Ċentri tar-Riżorsi/Klassijiet tar-Riżorsi
- Edukazzjoni Speċjali (Disinn u Teknoloġija);
- Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali);
- Edukazzjoni Speċjali (Ekonomija għad-Dar (HE);
- Edukazzjoni Speċjali (Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni ICT);
- Edukazzjoni Speċjali (Xjenza);
- Edukazzjoni Speċjali (Żvilupp Personali, Soċjali u fil-Karriera (PSCD);
- Edukazzjoni Speċjali (Edukazzjoni Fiżika (PE);
1.2.3. Skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizzazzjoni tagħha hu:
- fl-Accounting jew fl-Ekonomija tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Studji tan-Negozju u/jew Retail;
- l-iStudji tan-Negozju jistgħu wkoll ikunu meħtieġa biex jgħallmu r-Retail;
- fil-Bijoloġija, Kimika jew Fiżika tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Xjenza;
- id-Disinn u Teknoloġija jistgħu wkoll ikunu meħtieġa biex jgħallmu l- Komunikazzjoni Grafika;
- fl-Engineering Drawing u Computer Aided Design (CAD) tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Komunikazzjoni Grafika;
- fl-Ingliż tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll l-Ingliż bħala Lsien Barrani fiċ-Ċiklu tal-Primarja/Sekondarja;
- fil-Komunikazzjoni Grafika tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Disinn u Teknoloġija;
- Moda u Tessuti bi ECTS/ECVET credits rilevanti għall-Ekonomija għad-Dar (HE) tista’ tintalab tgħallem ukoll Tessuti u Moda u/jew l-Ekonomija għad-Dar (HE);
- fix-Xjenza bi ECTS/ECVET credits rilevanti għall-Kimika tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Kimika;
- fix-Xjenza bi ECTS/ECVET credits rilevanti għall-Bijoloġija tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Bijoloġija;
- fix-Xjenza bi ECTS/ECVET credits rilevanti għall-Fiżika tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Fiżika;
- fil-Malti tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll il-Malti bħala Lsien Barrani fiċ-Ċiklu tal-Primarja/Sekondarja.
1.3. Persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizazzjoni tagħha hija l-Arti, Etika, Xjenza, Mużika, PE jew PSCD (Sekondarja/Post-Sekondarja) tista’ tintalab tgħallem ukoll is-suġġett rispettiv fiċ-Ċiklu tal-Primarja u Kindergarten.
1.4. Persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizazzjoni tagħha hija kwalunkwe suġġett mgħallem fil-Livell sekondarju u/jew post-sekondarju f’klawsola 1.2 hawn fuq tista’ tintalab tgħallem ukoll is-suġġett rispettiv fiċ-Ċentri tas-Sapport ta’ Tagħlim u/jew skejjel li joffru Programmi għal Tagħlim Alternattiv.
1.5. Persuna magħżula biex tgħallem il-Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti tkun meħtieġa li tgħallem aktar minn suġġett wieħed fi ħdan dan il-programm.
1.6. Jekk suġġett li bħalissa huwa mgħallem f’ċiklu partikulari u jibda jiġi mgħallem f’ċiklu differenti, il-persuna magħżula tista’ tiġi trasferita skont il-ħtieġa.
1.7. Persuna magħżula tista’ tintalab tagħmel kull taħriġ speċjali skont il-bżonn.
Salarju
2.1. Il-ħatra, li hija suġġetta għal perijodu ta’ prova ta’ (1) sena, hija fuq bażi indefinit full-time u suġġetta għar-regoli u regolamenti li jirregolaw minn żmien għal żmien is-Servizz Pubbliku ta’ Malta inġenerali u MEYR b’mod partikulari, inkluż ċaqliq skont l-esiġenzi tas-Servizz. L-applikanti magħżula, ingaġġati mill-1 ta’ Settembru 2022 u li ma temmewx b’suċċess il-kors għal kwalifika tat-tagħlim imsemmi f’Appendiċi A u sezzjoni 4.2, sa 30 ta' Settembru 2022, ikollhom il-perjodu ta’ prova estiż kif meħtieġ.
Madanakollu, meta u jekk ikun hemm vakanza temporanja, MEYR jista’ jingaġġa għalliem fuq bażi definit, sal-aħħar tas-sena skolastika 2022/2023, u minn dakinhar li l-persuna taċċetta tibda tissejjaħ Għalliem Temporanju. F’dawn il-każijiet, dan l-ingaġġ jikkostitwixxi raġuni oġġettiva skont il-Liġi Sussidjarja 452.81 intitolat “Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Servizz għal Żmien Fiss, peress li dan huwa ingaġġ ta’ natura temporanja. Il-perijodu ta’ prova tkun għal sena (1) u taqa’ taħt ir-regoli u r-regolamenti li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, kif ukoll regolamenti li jkunu fis-seħħ fil-MEYR u tinvolvi li persuna tista’ tiġi trasferita skont l-esiġenzi tas-Servizz.
2.2. Għalliem Temporanju jitpoġġa fuq il-minimu ta’ Skala ta’ Salarju 9 li fl-2022, huwa €23,353 fis-sena, u jkun intitolat għall-allowances ta’ Għalliem u/jew Works Resources kif applikabbli u stabbilit mis-sezzjoni intitolata Allowances fi ħdan il-Ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-Għaqda tal-Għalliema ta’ Malta fil-21 ta’ Diċembru 2017. Dawn l-impjegati jibbenefikaw minn żidied inkrimentali. Dment li l-għalliema temporanji jistgħu jintalbu jaqdu dmirijiet ta’ Form Teacher u/jew dmirijiet oħra kif definit fis-sezzjoni fuq Pastoral Care għall-Istudenti. Dment li jekk ikun hemm vakanza permanenti, Għalliema Temporanji jistgħu jingħataw iċ-ċans li jipprogressaw għal grad ta’ Għalliem fuq bażi indefinit skont ir-regoli tas-Servizz Pubbliku.
2.3. Is-salarju marbut mal-post ta’ Għalliem huwa marbut ma’ skala tas-salarju 9, li fl-2022 hu ta’ €23,353 fis-sena, u jitla’ b’żieda annwali ta’ €447.33 sa massimu ta’ €26,037. Dan is-salarju huwa supplementat b’Class Allowance ta’ €2,350 fis-sena flimkien ma’ Fond ta’ Work Resources ta’ €650 fis-sena kif stipulat fil-ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-Għaqda tal-Għalliema ta’ Malta fil-21 ta’ Diċembru 2017.
2.4. Persuna fil-grad ta’ Għalliem titla’ fi Skala ta’ Salarju 8 (€24,845 x €486.83 - €27,766 fis-sena 2022) wara tmien (8) snin servizz sodisfaċenti fil-grad, u titla’ fi Skala ta’ Salarju 7 (€26,438 x €531.17 - €29,625 fis-sena 2022) wara tmien (8) snin oħra servizz sodisfaċenti fil-grad, ta’ Skala ta’ Salarju 8.
2.5. Tista’ titħaffef il-progressjoni ta’ Għalliem għal Skala ta’ Salarju li jmiss, minn tmien (8) snin għal sitt (6) snin, jekk għalliem jiġbor f’daqqa 360 siegħa ta’ taħriġ rikonoxxut ta’ Żvilupp Kontinwu Professjonali (CPD), li jkun imfittex minnu, fuq medda ta’ sitt snin (minn skema applikabbli maħruġa mill-maniġment). Dment li jekk dan it-taħriġ ta’ CPD imfittex minnu, huwa kkumpensat minn progressjoni mgħaġġla, kwalunkwe kwalifika li tinkiseb minn dawn is-sigħat ma jerġax jiġi kkumpensat minn xi kwalunkwe forma ta’ qualification allowance.
2.6. Persuna magħżula li tipprovdi esperjenza ta’ tagħlim skont :
• L-Addendum tal-Moviment Ħieles tal-ħaddiema fi ħdan l-iStati Membri tal-UE (26 ta’ Settembru 2013) u/jew
• Il-Ftehim biex Tiffaċilita l-Moviment għall-Edukaturi bejn Skejjel Liċenzjati (29 ta’ Lulju 2015)
tkun eleġibbli għall-aġġustament ta’ salarju skont l-entitlement.
2.7. Il-ħatra tal-persuna magħżula li taċċetta li tiġi ngaġġata mill-1 ta’ Settembru 2022, tkun mistennija tattendi pre-service college based induction session mal-Kap tan-Network tal-Kulleġġ kif ikkomunikat mill-uffiċju tal-Kap tan-Network tal-Kulleġġ rispettiv, matul ix-xahar ta’ Settembru 2022. Wara dan il-persuna magħżula tkun mistennija tattendi l-pre-service National Induction Sessions fl-20, fit-22, u fit-23 ta’ Settembru 2022. Dawn is-sezzjonijiet mandatorji huma parti mill-programm ta’ induzzjoni għall-għalliema li qed jiggradwaw u għall-għalliema ngaġġati ġodda.
2.8. Il-ħatra ta’ Għalliem hija soġġetta li jintemm b’suċċess il-kors rilevanti msemmi f’paragrafi 4.2 (iv) u (v) sat-30 ta’ Novembru 2022. Min ma jipprovdix din l-evidenza, jitneħħa mill-ordni tal-mertu tar-riżultat u jkun mitmum l-impjieg bħala għalliem.
Madanakollu, jekk l-applikant ingaġġat ma jkunx temm b’suċċess il-kors rilevanti msemmi f’paragrafi 4.2 (iv) u (v) sat-30 ta’ Novembru 2022, il-persuna tinħatar bħala għalliem supplimentari skont it-termini tas-sejħa ta’ Għalliem Supplimentari ppubblikata fl-2022. F’dan il-każ l-impjieg ikun fuq bażi definit, sal-aħħar tas-sena skolastika 2022/2023.
2.9. Jekk il-persuna magħżula ma jkollux Warrant ta’ Għalliem (Permanenti), din tkun eleġibbli li tikseb Warrant ta’ Għalliem (Permanenti), skont it-termini tal-artiklu 24 (2) tal-Att dwar l-Edukazzjoni, u impjieg ’l hinn minn dan il-perijodu jkun suġġett għall-kisba ta’ dan il-Warrant bi qbil ma’ artiklu 24 (1) tal-istess Att.
2.10. Il-ħatra tal-persuna magħżula hija suġġetta għall-kisba ta’ Warrant ta’ Għalliem (Permanenti). Jekk dan ma jinkisibx ifisser ipso facto revokazzjoni tal-Ħatra skont ir-Regolament Nru. 23 tar-Regoli tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku (S.L. Const. 01).
2.11. Il-persuna magħżula tkun mistennija twettaq b’suċċess proċess ta’ induzzjoni, kif stipulat mid-Direttorat tar-Riżorsi Edukattivi (ER). L-għoti tal-konferma tal-ħatra, is-soltu wara sena, u/jew il-kisba ta’ Warrant ta’ Għalliem (Permanenti) skont artiklu 24 jew 41 tal-Att dwar l-Edukazzjoni, ma jeżentawx lill-persuna magħżula milli twettaq b’suċċess il-proċess ta’ Taħriġ ta’ Induzzjoni.
2.12. Il-Kundizzjonijiet u l-proċeduri rigward il-post ta’ Għalliem, li wieħed jista’ jikkonsulta permezz ta’: http://education.gov.mt/en/Documents/Vacancies/Acceptance_procedure_for_new_teachers.pdf japplikaw, jekk u meta, il-persuna magħżula tiġi kkuntattjata mill-MEYR.
2.13. Fil-każ tal-applikanti magħżula f’dis-sejħa għall-applikazzjonijiet f’aktar minn suġġett/qasam/ċiklu wieħed (1), il-persuna magħżula tiġi mpjegata fis-suġġett/qasam/ċiklu skont id-diskrezzjoni tal-MEYR.
2.14. MEYR għandu d-dritt li jassenja u/jew jibgħat il-persuna magħżula biex iservi f’kull Kulleġġ, Skola, u Istituzzjoni Edukattiva, inkluż ukoll fuq bażi ta’ sharing fi skejjel f’Malta u f’Għawdex, skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
2.15. Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.
2.16. L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Għalliem jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
(ii) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża; U
(iii) ikollhom Warrant ta’ Għalliem (Permanenti) maħruġ mill-Kunsill għall-Professjoni ta’ Għalliema (CTP) taħt l-ariklu 24 (2) tal-Att dwar l-Edukazzjoni;
Madankollu, kandidati li ma jkollhomx Warrant ta’ Għalliem maħruġ mis-CTP (Warrant Permanenti) imma li eventwalment jikkwalifikaw għal wieħed skont l-Artiklu 24 (2) tal-Att dwar l-Edukazzjoni jistgħu wkoll japplikaw. Il-Ħatra tagħhom bħala Għalliema jingħata bil-kundizzjoni li se jakkwistaw Warrant ta’ Għalliem (Permanenti/Temporanju) bi qbil mal-artikli rilevanti tal-istess Att. L-applikanti li jiġu offruti impjieg mal-MEYR għandhom jissottomettu applikazzjoni ġdida onlajn tal- / jġeddu l-warrant temporanju permezz tal-link li ġej:
Il-warrant temporanju dejjem jiskadi fil-31 ta’ Awwissu u għandu jiġġedded kull sena skolastika. U
(iv) ikollhom Warrant ta’ Għalliem (Permanenti) flimkien ma’ kwalifika rikonoxxuta fit-tagħlim/kors fil-pedagoġija rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF, kif definit f’din is-sejħa u fl-appendiċi tagħha u li għandhom mhux anqas minn ħmistax-il (15) sena ta’ esperjenza fit-tagħlim, jgħallmu s-suġġett/qasam/ċiklu li qed japplikaw għalih fi skola liċenzjata; JEW
(v) għandhom Ċertifikat ta’ Għalliem jew temmew b’suċċess il-Kors ta’ Għalliem Gradwat, it-tnejn f’livell 6 tal-MQF organizzati mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, bis-suġġett li applikaw għalih meħud bħal s-suġġett ewlieni fil-Kors ta’ Taħriġ għal Għalliema; JEW
(vi) ikollhom kwalifika ta’ tagħlim rikonoxxuta f’livell 6/7 tal-MQF, kif definit f’din is-sejħa u fl-Appendiċi A, li jinkludi s-suġġett/qasam li għalih saret applikazzjoni bħala qasam ewlieni ta’ studju u li jissodisfa aktar eliġibilità kif definit fl-Appendiċi B jekk applikabbli, għas-suġġett /qasam/ċiklu applikat għalih; JEW
(vii) ikollhom kwalifika ta’ tagħlim rikonoxxuta f’livell 6 tal-MQF, kif definit f’din is-sejħa u fl-appendiċi tagħha, f’suġġett/i fiċ-ċiklu tas-sekondarja, kif ukoll kors t’adattament rikonoxxut mill-Awtoritajiet Edukattivi u erba’ (4) snin skolastiċi ta’ esperjenza full-time ta’ tagħlim fiċ-ċiklu tal-primarja fi skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obligatorja. Applikanti li jippossedu r-rekwiżiti stipulati f’dan il-paragrafu imma m’għandhomx il-kors t’addattament huma xorta eleġibbli li japplikaw bil-kundizzjoni li, jekk jiġu aċċettati, l-applikant ikollu jagħmel dal-kors meta mitlub mill-Awtoritajiet tal-Edukazzjoni; JEW
(viii) għandhom kwalifika ta’ tagħlim/kors fil-pedagoġija f’livell 6 tal-MQF kif definit f’din is-sejħa u fl-appendiċi tagħha u li għandhom mhux anqas minn 60 ECTS/ECVET credits f’livell 6 tal-MQF fil-qasam/suġġett li applikaw għalih, anke jekk il-kwalifika/kors ta’ tagħlim/ pedagoġija li għandhom, kif definit f’din is-sejħa u fl-appendiċi tagħha, mhuwiex fis-suġġett/qasam/ċiklu li applikaw għalih;
(ix) l-applikanti li rreġistraw għal u wara kkwalifikaw għal kwalifika (Masters) rikonoxxuta f’livell 7 tal-MQF b’mhux anqas minn 60 ECTS/ECVET credits jew ekwivalenti* fis-suġġett li qed tapplika għalih, qabel id-29 ta’ Lulju 2008, u li ġew mogħtija Warrant ta’ Għalliem (Permanenti) skont artiklu 41 tal-Att dwar l-Edukazzjoni, għandhom ikollhom ukoll kwalifika ta’ tagħlim rikonoxxuta f’livell 6/7 tal-MQF, kif definit f’din is-sejħa u fl-Appendiċi A, fis-suġġett/qasam/ċiklu li applikaw għalih.
Madankollu, jekk applikant għandu fil-pussess tiegħu Warrant ta' Għalliem (Permanenti), iżda m'għandux kwalifika ta' tagħlim rikonoxxuta fil-Livell MQF 6/7, kif definit f'din is-sejħa u l-appendiċi tagħha, huwa xorta waħda eliġibbli biex japplika bil-kundizzjoni li l-applikant jipprovdi evidenza dokumentata li hu / hi ġie kkonfermat, (jiġifieri m'għadux taħt probation u ħadem għal sena skolastika sħiħa) fil-grad ta' Għalliem, u għallem is-suġġett / qasam / ċiklu li għalih saret applikazzjoni, fi skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obbligatorja.
(x) Uffiċjali Pubbliċi fi grad ta’ għalliem, li huma kkonfermati fil-ħatra preżenti tagħhom, u li jixtiequ li jkunu kkunsidrati għal tagħlim f’ċiklu ieħor u/jew jgħallmu suġġett differenti, jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li minbarra li jkunu fil-pussess ta’ kwalifika ta’ tagħlim/pedagoġija skont l-Appendiċi A, għandhom mhux anqas minn 60 ECTS/ECVET credits f’livell 6 tal-MQF fil-qasam/suġġett li applikaw għalih, anke jekk il-kwalifika/kors ta’ tagħlim/pedagoġija li għandhom mhuwiex fis-suġġett/qasam li applikaw għalih, MEYR għandha tibgħat għalliema li juru suċċess f’tali każijiet skont l-esiġenzi tas-servizz.
(xi) L-applikanti li għandhom fil-pussess kwalifika tat-tagħlim fl-Edukazzjoni ta’ Ħarsien u s-Snin Bikrin jew fil-Primarja, kif definit f’din is-sejħa u fl-appendiċi tagħha, jrid ikollhom fil-pussess ukoll:
(a) Tliet (3) eżamijiet tal-Livell Ordinarju fil-livell 3 tal-MQF (minimu Ċ jew 5) jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, fil-Lingwa Maltija, fil-Lingwa Ingliża u fil-Matematika. Livell Avvanzat tal-Matrikola fil-livell 4 tal-MQF (minimu Grad E), jew komparabbli, jew Pass fil-module tas-suġġett rispettiv meħud bħala parti mill-kors ta’ kwalifika, jiġu aċċettati bħala alternattiva għal-Livell Ordinarju f’livell 3 tal-MQF, sakemm mhux speċifikat mod ieħor. Dment li applikant li ma jissodisfax dal-ħtiġijiet (f’paragrafu xiv) jista’ jkun eleġibbli biex japplika jekk ikollu Warrant ta’ Għalliem Permanenti u kien jgħallem full-time fi skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obligatorja għal perijodu ta’ mhux inqas minn ħames (5) snin skolastiċi fl-aħħar għaxar (10) snin skolastiċi.
(b) Applikanti li daħlu għal wieħed mill-korsijiet stipulati f’paragrafu (xi) u Appendiċi A bħala studenti maturi u temmew b’suċċess il-kors huma eżenti mill-provvedimenti ta’ paragrafu (xi) sakemm iġibu xhieda ta’ dan mill-istituzzjoni rilevanti.
* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60/180 ECTS/ECVET kretti (skont kif applikabbli). Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.
(xii) Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
4.2. Kull referenza għal kwalifika rikonoxxuta ta’ tagħlim jew kors ta’ pedagoġiku (Appendiċi A) msemmi hawn fuq jew f’Appendiċi B, tista’ tarahom billi taċċessa dan il-link:
https://education.gov.mt/en/vacancies/Documents/Appendix%20A%20-%20Recognised%20Teaching%20qualifications.pdf.
4.3. Kwalifiċi li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq u fil-link ta’ paragrafu 4.2 għall-Appendiċi A u f’Appendiċi B, jiġu aċċettati għall-fini ta’ eleġibbilità, sakemm dawn ikunu fis-suġġett/qasam/ċiklu mitluba.
4.4. L-applikanti li jkunu fl-aħħar sena tal-kors li jwassal għall-għoti tal-kwalifika xierqa ta’ tagħlim skont il-paragrafi f'sezzjoni 4.1 xorta jistgħu japplikaw. Tali applikanti jkunu jeħtieġu li juru t-tlestija b’suċċess tal-kors relevanti sat-30 ta’ Novembru 2022 jew kwalunkwe data oħra determinata skont iċ-ċirkostanzi kurrenti relatati mal-COVID-19. In-nuqqas li tipprovdi din l-evidenza jwassal għat-tneħħija mil-lista ta’ mertu ta’ riżultat u jekk tali applikant ikun ingaġġat qabel it-30 ta’ Settembru 2022, il-ħatra tiegħu/tagħha bħala Għalliem/a tiġi mibdula għal dik ta’ Għalliem/a Supplimentari u l-ingaġġ ikun fuq bażi definita għas-sena skolastika 2022/2023, li tista’ tiġi mġedda għal perjodi oħra.
4.5. L-applikanti huma meħtieġa wkoll jirreferu għall-Appendiċi B billi jaċċessaw dan il-link:
https://education.gov.mt/en/vacancies/Documents/Appendix%20B%20-%20Further%20eligibility%20criteria%20for%20Teacher%20call.pdf
ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet li tindika aktar dettalji u rekwiżiti ta’ eliġibbilita’ fil-qasam tal-eliġibbilita’ tas-suġġetti elenkati fil-paragrafu 1.2. L-applikanti, li jixtiequ japplikaw għal suġġetti li mhumiex elenkati fl-Appendiċi B, għandhom jirreferu għall-paragrafi fit-taqsima 4.1 u Appendiċi A għar-rekwiżiti ta’ eliġibbilita’.
4.6. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.7. Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.8. L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
4.9. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.8 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.10. L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-ministeru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
4.11. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
4.12. Hija r-responsabbiltà tal-applikant li jippreżenta dikjarazzjoni ta’ komparabbilità maħruġa mis-CTP għal kwalifiċi tat-Tagħlim, li tikkonferma il-komparabbilità tal-kwalifikazzjoni skont paragrafi 4.2 sa 4.5 u Appendiċi A. Dawk li għandhom kwalifika ta' tagħlim, kif imsemmija f'Appendiċi A, m’għandhomx għalfejn jippreżentaw dikjarazzjoni tal-komparabbilità.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation |
Contact Persons : | Edu Servizz.gov |
Address : | Great Siege Road,Floriana,VLT2000 |
Telephone : | 153 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.