Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Manager (Compliance)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/OPM 02/2021


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 22/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 05/02/2021 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A- Senior Manager (Compliance) 
Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Manager (Compliance) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)- il xahar.

Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

Is-salarju ta’ Senior Manager (Compliance) huwa ta’ Skala ta' Salarju 5, li fis-sena 2021 huwa ta’ €29,134 fis-sena, li jiżdied b’ €640.67 fis-sena sa massimu ta’ €32,978.

Il-persuni maħtura jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

  1. Il-persuni maħtura fil-flussi Maniġerjali/ta’ Uffiċjal/Prattikanti jridu jkunu servew fil-ħatra attwali tagħhom, u jekk maħtura għandhom iservu f’din il-kariga għal minimu ta’ sentejn (2) qabel ma japplikaw lateralment. Dan mhuwiex applikabbli għal skopijiet ta’ promozzjoni, suġġett għall-kriterji ta’ eliġibbiltà pertinenti.

  2. L-uffiċjali l-oħra kollha għandhom jiġu kkonfermati fil-ħatra, u jekk jinħatru għandhom iservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn (2), qabel ma japplikaw lateralment. Din il-kundizzjoni tal-aħħar mhijiex applikabbli għal finijiet ta’ promozzjoni.
Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam tal-Compliance, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.

Ir-riżultat jibqa’ validu għall-perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Manager (Compliance) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu: 

Uffiċjali Pubbliċi jew Ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Ħaddiema tal-RSSL, li huma kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom. Uffiċjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw;

U

  1. a. ikollhom kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) 

    fil-Human Resources Management jew Public Policy jew Management jew Amministrazzjoni Pubblika jew Liġi jew Komunikazzjonijiet jew Relazzjonijiet Industrijali u Xogħol jew Business Administration jew Project Management jew Quality Management.
* Fin-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/EVCET kretti jew sistema oħra ta’ kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta’ studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma’ 60 ECTS/ECVET kretti. Jista’ jintalab il-parir tal-MQRIC.

U

     ii. kollhom ħames (5) snin esperjenza maniġerjali rilevanti li tista' tiġi kkunsidrata mill-Amministrazzjoni, liema esperjenza għandha tkun ippruvata b’evidenza rilevanti  

Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbiltà, basta jkunu fis-suġġetti mitluba.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija kif indikat fil-paragrafu 4.1 (a) formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija fil-paragrafu 4.1 (a) jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4. 1 (a) jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura iridu jkunu ġabu jew ġew approvati għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Mejju 2021.  Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati għandhom jipproduċu l-kwalifika indikata qabel il-ħatra.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra tiġi ipso facto, awtomatikament terminata.

(a) Il-perjodu ta' prova u l-intitolament għall-progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra.

(b) Il-persuni maħtura ma jibbenefikaw minn ebda benefiċċji, sakemm jiksbu l-kwalifika jew ikunu approvati għall-kisba tal-kwalifika indikata, kif imsemmi f’paragrafu 4.1 (a) jew 4.2.

Biex jiġi ddeterminat u kkumparat il-livell ta’ responsabbiltà tal-impjegati tas-Settur Pubbliku li bħalissa qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku u tal-ħaddiema tal-RSSL mal-livell ta’ responsabbiltà meħtieġ minn uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni, il-Bord tal-Għażla għandu dejjem u formalment jikkonsulta mad-Direttur/HR Manager responsabbli tal-entità rispettiva tas-Settur Pubbliku.

L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entità rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entità, f’każ li ħaddiema tas-Settur Pubbliku jintgħażlu għall-pożizzjoni. Ħaddiema li jiġu magħżula għal din il-pożizzjoni jkollhom l-impjieg tagħhom mal-RSSL awtomatikament terminat wara li jtemmu b’suċċess il-perjodu ta’ prova. 

Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).

Ministry / Department :

People Management Section, Finance and Administration Directorate, Office of the Prime Minister 

Contact Persons :

Ms Eloise Magro, Ms Romina Brincat 

Address :

Auberge de Castille, St. Paul's Street, Valletta.

Telephone :

22001011, 22001016

Email address :

human-resources.opm@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.