Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Foundation Doctor

     Nru. ta' Referenza Government Gazette 27/09/2019


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 27/09/2019 11:00
    Data tal-għeluq: 11/10/2019 12:00
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa
    Dipartiment: Sptar Mater Dei

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Foundation Doctor fil-Ministeru għas-Saħħa.

3. Is-salarju għall-pożizzjoni ta’ Foundation Doctor huwa ekwivalenti għal tarġa 5 fi Skala ta’ Salarju 9 (li fis-sena 2019 huwa ta’ € 23,041.34 fis-sena). Mat-tlestija ta’ sena (1) servizz sodisfaċenti fil-pożizzjoni ta’ Foundation Doctor, persuna fil-ħatra tipprogressa għall-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 9 li fis-sena 2019 huwa ta’ €23,936 fis-sena). Foundation Trainee Specialisation Allowance ta’ €2,900 fl-Ewwel Sena u €3,310 fit-Tieni Sena li jitħallsu lill-Foundation Doctor f’pagamenti ta’ tlett xhur b’lura. Special Duty Allowance ta’ €4,800 jitħallsu lill-Foundation Doctors li jaħdmu fuq bażi ta’ roster fid-Dipartiment tal-Aċċidenti u Emergenza, l-Unita` tal-Kura Intensiva jew fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Din l-allowance tiġi mħallsa kull kwart b’lura. Foundation Doctors li jwettqu dmirijiet f’dawn l-oqsma ma jkunux intitolati għal xift allowance.


Dmirijiet

4.1 Id-dmirijiet ta’ persuna fil-ħatra ta’ Foundation Doctor jinkludu li:


(a) tassisti fit-twassil ta' kura tas-saħħa fl-isptarijiet u f'ħafna settings tal-kura tas-saħħa tal-Ministeru għas-Saħħa;

(b) taħdem fid-Dipartiment rispettiv fil-Ministeru għas-Saħħa. Hi taħdem il-ħin kollu taħt is-superviżjoni tas-superjuri tagħha u tkun responsabbli direttament lejn il-Konsulent inkarigat;

(c) tipparteċipa f'attivitajiet akkademiċi organiżżati fi ħdan id-Dipartiment rispettiv;

(d) ttemm b'suċċess ir-rekwiżiti tal-Foundation Progamm kif speċifikat fil-Gwida ta' Referenza flimkien ma' dawk speċifikati mill-Malta Foundation School. Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq il-websajt http://www.fpdoctors.info;

(e) tagħmel użu mis-sistemi tat-Teknoloġija tal-Informatika li jkunu qed jintużaw fil-Ministeru għas-Saħħa;

(f) twettaq dmirijiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.


4.2 Persuna maħtura tista’ tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe wieħed mis-servizzi tal-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

Applikazzjonijiet jiġu wkoll ikkunsidrati minn kandidati li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija f’paragrafu 5.1(i), dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f’paragrafi 5.1 (ii) sa 5.3. Il-ħatra ta’ tali kandidati teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja.


(ii) għandhom il-kapaċità li jikkomunikaw bil-Lingwa Ingliża dment li jingħata rikonoxximent xieraq lill-kandidati li għandhom ukoll il-ħila li jikkomunikaw bil-Lingwa Maltija. Profiċjenza fil-Lingwa Ingliża tiġi aċċettata jekk l-applikanti:


JEW


• jipprovdu prova li l-kwalifika medika primarja saret bil-Lingwa Ingliża;


JEW


• jipprovdu ċertifikat validu ta' IELTS (International English Language Testing System) fil-punteġġ medju tal-medda ta' 7.5 jew ogħla f'kull dominju.


Aktar minnhekk, qabel il-konferma tal-ħatra, jiġifieri fi żmien tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ, il-kandidati magħżula għandhom jirnexxu kemm f'Parti 1 u 2 tal-eżami fil-Basic Medical Maltese for HealthCare Profession tal-Università ta' Malta. Min jonqos li jippreżenta, sa tmiem il-perjodu ta’ prova (ie tnax-il xahar mill-ingaġġ), evidenza li għadda b’suċċess, dan jirriżulta f’terminu awtomatiku tal-kuntratt tax-xogħol. Il-kors li jwassal uffiċjalment għal dan l-eżami huwa l-kors fil-Basic Medical Maltese for HealthCare Profession immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta' Malta. Kwalunkwe spejjeż tal-assessjar tal-kors, jridu jitħallsu mill-kandidati prospettivi. Madankollu, wieħed jista’ japplika għal rifużjoni ta’ tali spejjeż permezz tal-Iskema tal-Edukazzjoni Kontinwa Medika (CME). 


(iii) kwalifikati b’degree fil-Mediċina u l-Kirurġija mill-Università ta' Malta jew kwalunkwe kwalifika medika bażika oħra First Degree f’Livell 7 tal-MQF ta' ħames snin jew aktar minn skola medika akkreditata fi Stat Membru tal-UE skont Parti I (a) tat-Tieni Skeda tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kap 464 tal-Liġijiet ta' Malta) sa mhux aktar kmieni mill-1 ta' Jannar 2016, dmentli tali kandidati iridu jiksbu il-kwalifika msemmija qabel l-ingaġġ.


5.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.  

Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.    

(iv) (a) JEW elenkati fil-Provisional Register miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta skont l-Artikolu 11 subartikolu 3 tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kap 464 tal-Liġijiet ta’ Malta);


JEW


(b) fil-każ ta' gradwati barra l-Università ta' Malta dawn għandhom jipprovdu evidenza fid-dikjarazzjoni tad-Dean imsemmija fil-paragrafu 5.1 (v) li huma jkunu eliġibbli biex jiġu kkunsidrati għar-reġistrazzjoni mill-bidu tal-Foundation Programme, dment li tali il-kandidati għandhom jiksbu ittra ta' intenzjoni mill-Kunsill Mediku ta' Malta li l-kwalifika tagħhom hija reġistrabbli u liema ittra għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni.


Aktar minnhekk, il-kandidati li rnexxew għandhom inevitabbilment jiksbu l-imsemmija reġistrazzjoni qabel l-ingaġġ. Għal faċilità ta' referenza l-websajt tal-Kunsill Mediku ta' Malta hija: https://deputyprimeminister.gov.mt/en/regcounc/medicalcouncil/Pages/Registers.aspx


(v) jipproduċu Stqarrija tad-Dekan tal-Iskola Medika (kampjun disponibbli fuq http://www.fpdoctors.info), li hija ffirmata, datata u ttimbrata u mimlija bl-Ingliż, li tinkludi:


(a) permess biex tapplika għall-Foundation Program f'Malta;

(b) konferma li l-applikant huwa ta' good standing fl-iskola medika u meqjusa xierqa biex tipprattika l-Mediċina;

(c) klassifikazzjoni akkademika verifikabbli bid-deciles. Fejn l-informazzjoni rigward il-klassifikazzjoni akkademika hija inkonsistenti mal-grading tad-deciles jew nieqsa, allura l-punteġġ akkademiku l-aktar baxx jintuża;

(d) konferma dwar jekk il-kwalifika medika primarja (inkluża struzzjoni, eżamijiet u ammont sinifikanti ta' kuntatt kliniku mal-pazjenti) kienet/qed titwettaq bl-Ingliż;

(e) id-data mistennija tal-kwalifika, fil-każ ta' applikanti li għadhom ma kkwalifikawx.


5.3 Il-kandidati li jixtiequ eventwalment ifittxu reġistrazzjoni sħiħa mill-Kunsill Mediku f'pajjiż barra minn Malta, għandhom ifittxu l-parir mill-Kunsill Mediku rispettiv peress li l-approvazzjoni prospettiva minn uħud mill-istituzzjonijiet ta' dak il-pajjiż tista' tkun meħtieġa. Persuni li jiggradwaw minn Skola Medika tar-Renju Unit li jixtiequ eventwalment ifittxu reġistrazzjoni mal-Kunsill Mediku Ġenerali tar-Renju Unit qed jingħataw parir li jfittxu l-approvazzjoni bil-miktub mid-Dean tal-postgraduate qabel ma jissieħbu mal-Malta Foundation Programme. Aktar informazzjoni dwar id-dokumentazzjoni meħtieġa hawn fuq tista' tkun aċċessata fuq http://fpmalta.com/page/view/1578392943.


5.4 B’addizzjoni mal-ħtiġijiet f'5.1 hawn fuq, mal-bidu tal-impjieg u t-taħriġ, l-applikanti għandhom:


(i) ikunu fil-pussess taċ-Ċertifikat validu tal-Basic Life Support;

(ii) juru li fehmu u qablu mar-rekwiżiti minimi meħtieġa għat-tlestija tal-Foundation Programme billi jiffirmaw il-Foundation School Training Agreement.


5.5 Il-kandidati li jirnexxu għandhom jattendu għall-eżami mediku ta' qabel l-impjieg u investigazzjonijiet rilevanti f'Malta, ġimgħa qabel ma jieħdu l-pożizzjoni ta' Foundation Doctor. In-nuqqas ta' eżami mediku ta' qabel l-impjieg fi-ħin jirriżulta f'dewmien fil-provvista tal-liċenzja tax-xogħol u l-permess tar-residenza u konsegwentement l-ingaġġ.


5.6 L-ingaġġ ta’ kandidati li għaddew b’suċċess li m’humiex ċittadini ta' Malta, jew li m’humiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni ta' ċittadini tal-Kroazja, jeħtieġu l-ħruġ ta' liċenzja tax-xogħol safejn dan hu meħtieġ mill-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Il-ħruġ ta' liċenzja tax-xogħol tiddependi fuq pre-employment health check sodisfaċenti. Jobsplus għandu jiġi kkonsultat kif meħtieġ fuq din il-kwistjoni. Fil-każ ta' kandidati li għaddew b’suċċess li m'għandhomx liċenzja tax-xogħol, l-applikazzjoni għal liċenzja tax-xogħol issir minn min iħaddem.



5.7 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-pożizzjoni li l-persuna qed tapplika għaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

5.8 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 sa 5.7 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

5.9  L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Ministry / Department :
Ministry for Health
Contact Person :
Maureen Mahoney
Address :
Director General (People Management)
Ministry for Health,
Palazzo Castellania, 15, Merchants Street,
Valletta, VLT 1171. 
Telephone :
+356 22992604
Email address :

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.