Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Case Worker

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata 15/05/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Oħrajn
    Data ppubblikata: 15/05/2020 14:00
    Data tal-għeluq: 29/05/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - Job Description - Case Worker 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Case Worker fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta' Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi.

2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12) -il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Case Worker huwa ta’ Skala ta' Salarju 10 li fis-sena 2020 huwa ta’  €20,603 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,049 .

2.3 Persuna fil-grad ta’ Case Worker titla’ fi Skala 9 (€21,933 x €447.33 - €24,617) wara erba' (4) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti. 

2.4 Case Worker għandu wkoll allowance mhux pensjonabbli ta’ €1,397.62 fis-sena sakemm il-Case Worker jibqa jaqdi d-dmiriijiet tiegħu fil-post tax-xogħol tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati.

2.5 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal dan il-post ta' Case Worker fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. ikunu profiċjenti fil-Lingwa Maltija u dik Ingliża;

  2. ikollhom kwalifika rikonoxxuta fil-Livell ta’ Baċellerat fl-livell 6 (suġġett għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVETS credits jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2003) f’suġġetti rilevanti bħal Studji Ewropej, Liġi, Humanitarian Action, Psikoloġija, Soċjoloġija jew kwalifika professjonali komparabbli. 

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Masters f’livell 7 ta’ MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta’ 60 ECTS/ECVETS krediti, fir-rigward ta’ korsijiet li bdew minn Ottubru 2008.   

Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Ministeru:
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi
Kuntatt:
Stephanie Farrugia
Indirizz:
201, Triq id-Dejqa, Valletta
Telefon:
25689000
Indirizz tal-Email:

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.