Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Research Analyst (Legal)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 08/01/2021


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita Raġuni Oġġettiva  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 08/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 22/01/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - Research Analyst 
1. Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi , Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Research Analyst (Legal) fi ħdan ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussell fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

3.1 Is-salarju ta' Malta  u l-Allowances ta' Post Aġġustament marbuta mal-pożizzjoni ta' Research Analyst huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 9  (ekwivalenti għal €24,869.67 fl-2021), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar. Barra minn hekk, ir-Research Analyst ser jirċievi l-benefiċċji u l-allowances kif spjegati fil-'Conditions of Service for Officers  Serving Overseas.'

3.2 F' każijiet fejn il-persuna magħżula tkun diga' qed isservi fil-pożizzjoni ta' Research Analyst b'salarju , benefiċċji u allowances li huma ogħla minn dawk stabbiliti f'paragrafu 3.1 hawn fuq , il-kumpens applikabbli f' dawn il- każijiet eċċezzjonali ta' ħatra mill-ġdid għandu jkun tal-oġħla skala ta'salarju , benefiċċju u allowances.

3.3 Għat-tul tal-Ftehim ir-Research Analyst ikun marbut mal- 'Conditions of Service for Officers Serving Overseas' (MFA 9/2015, CONDSER Ġunju 2015 V1.1) li jistgħu jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.



Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Research Analyst jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familjijew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1.  ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża; 
  2. Ikollhom kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta f' Livell 6 tal-MQF (suġġett għall-minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti*) f'qasam li jwassalhom biex jaqdu dmirijiethom b'mod effettiv fil-qasam li jkunu applikaw għalih.

* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja jew l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 180 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.

       iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

5.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta' Masters f'Livell 7 ta' MQF, jew ekwivalenti*, għandha tinkludi minimu ta' 60 ECTS/ECVETS fir-rigward ta' korsijiet li bdew minn Ottubru 2008.

* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja jew l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors , il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju  sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.

Barra minn hekk dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.    

5.3 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika għaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

5.4 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

5.5  L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).

5.6 Applikazzjonijiet minn persuna li tkun diga' qed tokkupa l-pożizzjoni ta' Research Analyst fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussell tkun biss ikkunsdrata jekk hija tkun serviet sad-data tal-għeluq ta' din it-talba għall-applikazzjonijiet minn tal-anqas sentejn fil-pożizzjoni kurrenti ta' Research Analyst. 

Ministry / Department :

 Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Contact Persons :

 Marylene Borg

Address :

 331, Allied House, Triq San Pawl , Valletta

Telephone :

 (+356) 2204 2323

Email address :

recruitment.mfea@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.