Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Manager II

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MAFA 14/2023


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 17/03/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 03/04/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru Għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet Tal-Annimali

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A  
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager II fil-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra. 

2.3 Is-salarju ta’ Manager II huwa ta’ Skala ta’ Salarju 7, li fis-sena 2023 huwa ta’ €27,697.53 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €30,884.55.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Manager II fi Skala ta' Salarju 7 titla’ fi Skala ta' Salarju 6 (€29,446.19 x €596.33 - €33,024.17 fis-sena 2023) wara tliet (3) snin servizz bħala Manager II fi Skala ta' Salarju 7, jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.

2.5 Il-persuni maħtura jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

2.7 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qiegħda tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.
  1. Il-persuni maħtura fil-flussi Maniġerjali/ta’ Uffiċjal/Prattikanti jridu jkunu servew fil-ħatra attwali tagħhom, u għandhom iservu f’din il-kariga għal minimu ta’ sentejn (2) qabel ma japplikaw lateralment. Dan mhuwiex applikabbli għal skopijiet ta’ promozzjoni, suġġett għall-kriterji ta’ eliġibbiltà pertinenti.
  2. L-uffiċjali l-oħra kollha għandhom jiġu kkonfermati fil-ħatra, u jekk jinħatru għandhom iservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn (2), qabel ma japplikaw lateralment. Din il-kundizzjoni tal-aħħar mhijiex applikabbli għal finijiet ta’ promozzjoni.
2.8 Mhux ser jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra.  Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.
2.9 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Manager II jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu: 

Uffiċjali Pubbliċi jew Ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Ħaddiema tal-RSSL. Uffiċjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma' Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

U
ikollhom Master's degree rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 krettu  ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) fil-Project Management jew fil-European Studies jew fil-Public Policy jew fil-Business Administration jew fl'Evidence Based Management jew fil-Communications jew fil-Marketing jew fil-Management.

*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm ikun ivverifikat mill-MQRIC li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET. 
4.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati għat-tali kwalifika sal-31 t’ Ottubru, 2023. Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati għandhom jipproduċu l-kwalifika indikata qabel il-ħatra.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir- raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(a) Il-perjodu ta' prova u l-intitolament għall-progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra.
(b) Il-persuni maħtura ma jibbenefikaw minn ebda benefiċċji, sakemm jiksbu l-kwalifika jew ikunu approvati għall-kisba tal-kwalifika indikata, kif imsemmi f’paragrafu 4.1 jew 4.2.

4.4 Biex jiġi ddeterminat u kkumparat il-livell ta’ responsabbiltà tal-impjegati tas-Settur Pubbliku li bħalissa qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku u tal-ħaddiema tal-RSSL mal-livell ta’ responsabbiltà meħtieġ minn uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post, il-Bord tal-Għażla għandu dejjem u formalment jikkonsulta mad-Direttur/HR Manager responsabbli tal-entità rispettiva tas-Settur Pubbliku. 

4.5 L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entità rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entità, f’każ li ħaddiema tas-Settur Pubbliku jintgħażlu għall-post. Ħaddiema li jiġu magħżula għal dan il-post ikollhom l-impjieg tagħhom mal-RSSL awtomatikament terminat wara li jtemmu b’suċċess il-perjodu ta’ prova. 

4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.7 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppubblikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.


4.8 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).

Ministry / Department :

Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali

Contact Persons :

Andrew Galea

Address :

Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Agriculture Research and Innovation Hub, Triq l-Ingiered, Luqa, LQA 3300

Telephone :

2292 4512

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.