Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenarali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Practice Nurse Adult Respiratory Care biex iwettaq dmirijiet fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ Sena (1).
2.2 Is-salarju ta’ Practice Nurse huwa ta’ Skala ta' Salarju 6, li fis-sena 2025 huwa ta’ €32,279.02 fis-sena, li jiżdied b’€596.33 fis-sena sa massimu ta’ €35,857.
2.3 Persuna fil-ħatra ta' Practice Nurse (Skala Salarju 6) tkun intitolata li tirċievi training allowance ta' €1,500 fis-sena. Din it-training allowance titħallas f'żewġ pagamenti indaqs kull sena.
2.4 Practice Nurse fi Skala ta' Salarju 6 b'ħames (5) snin esperjenza fil-grad ta' Practice Nurse tkun intitolata li tirċievi allowance ta’ taħriġ annwali ta’ €2,500
2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra u suċċetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
2.6 Persuna maħtura tkun meħtieġa twettaq dmirijiet fi ħdan l-istess entità għal perjodu ta’ tliet (3) snin mid-data tal-ħatra.
2.7 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Practice Nurse Adult Respiratory Care jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li jista' jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected]
3.2 Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Management.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.
(i) ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u Ingliża;
L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-eliġibbilita’ l-oħra kollha. Dawn l-uffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew kellhom il-grad ta’: -
a) Charge Nurse fi Skala ta’ Salarju 6;
JEW
b) Senior Staff Nurses fi Skala ta’ Salarju 8 jew Skala ta’ Salarju 7 b’aggregat ta’ ħames (5) snin servizz sodisfaċenti fil-grad, inkluż servizz temporanju jew każwali;
JEW
c) Staff Nurses fi Skala ta’ Salarju 8.
U
ii a) Fil-pussess ta’ PhD speċifiku u rikonoxxut fil-Livell 8 tal-MQF;
JEW
ii b) Fil-pussess ta' Postgraduate Master's rikonoxxut u speċifiku fil-Livell MQF 7 jew ogħla;
JEW
ii c) Fil-pussess ta’ diploma ta’ Postgraduate rikonoxxuta u speċifika fil-Livell 7 tal-MQF ((60 ECTS/ECVET);
Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale. Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet. Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena (1) mid-data tal-ħatra ta' Practice Nurse Adult Respiratory Care. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
4.5 Jekk l-ebda kandidat ma jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà permezz ta’ din is-sejħa minħabba nuqqas ta’ kwalifiki speċifiċi, tinħareġ sejħa sussegwenti bl-istess rekwiżiti ta’ eliġibbiltà, iżda din id-darba titlob b’mod espliċitu kwalifika rilevanti għall-post.
Kandidati magħżula bi kwalifiki rilevanti għandhom jiksbu l-ammont mitlub ta' 60 ECTS' f'perjodu ta' sentejn (2) mill-għażla kif deskritt fil-ftehim settorjali.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Diviżjoni tal-People Management Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva |
Contact Persons : | Ms. Maureen Mahoney (Direttur Ġenerali, People Management) |
Address : | 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti Valletta, VLT1171 |
Telephone : | +356 2299 2604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.