Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Għalliem

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata 12/04/2024


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Tagħlim u Edukazzjoni
    Data ppubblikata: 12/04/2024 11:00
    Data tal-għeluq: 30/05/2025 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).

1.1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Għalliem fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

1.2. L-applikanti jistgħu japplikaw għall-post ta’ Għalliem f’wieħed jew aktar mis-suġġetti li jidhru hawn taħt:
  1. Edukazzjoni Primarja (Ġenerali) / Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC);
  2. Edukazzjoni Primarja (Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti);

  1. Edukazzjoni Sekondarja (Agribusiness);
  2. Edukazzjoni Sekondarja (Computing);
  3. Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Inġinerija);
  4. Edukazzjoni Sekondarja (Etika);
  5. Edukazzjoni Sekondarja (Hairdressing u Beauty);
  6. Edukazzjoni Sekondarja (Saħħa u Kura Soċjali); 
  7. Edukazzjoni Sekondarja (Ospitalità);
  8. Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni - ICT);
  9. Edukazzjoni Sekondarja (Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti);
  10. Edukazzjoni Sekondarja (Media Literacy);
  11. Edukazzjoni Sekondarja (Żvilupp Personali, Soċjali u fil-Karriera - PSCD);
  12. Edukazzjoni Sekondarja (Retail);
  13. Edukazzjoni Sekondarja (Xjenza);
  14. Edukazzjoni Sekondarja (Moda u Tessuti);
  15. Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Informatika Vokazzjonali (VIT));

  1. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Accounting);
  2. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Għarbi);
  3. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Arti);
  4. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Bijoloġija);
  5. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji tan-Negozju);
  6. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Kimika);
  7. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ċiniż);
  8. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Żfin);
  9. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Reċtar / Theatre and Performance);
  10. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Disinn u Teknoloġija);
  11. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ingliż);
  12. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji Ewropej);
  13. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Franċiż);
  14. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ġografija);
  15. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ġermaniż);
  16. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Komunikazzjoni Grafika);
  17. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Storja);
  18. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ekonomija għad-Dar (HE));
  19. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Taljan);
  20. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Malti);
  21. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Matematika);
  22. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Mużika);
  23. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Edukazzjoni Fiżika (PE));
  24. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Fiżika);
  25. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Reliġjon);
  26. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji Soċjali);
  27. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Spanjol);

  1. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Studji Klassiċi);
  2. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Computing u/jew Informazzjoni Teknoloġika - IT);
  3. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Ekonomija);
  4. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Engineering Drawing and Computer Aided Design);
  5. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Xjenza Ambjentali);
  6. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Marketing);
  7. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Filosofija);
  8. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Psikoloġija);
  9. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Soċjoloġija);
  10. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Systems of Knowledge);  

1.2.1. Suġġett tal-Programm għal Tagħlim Alternattiv (ALP) għall-edukazzjoni mainstream jew skola/skejjel speċifiċi
  1. Edukazzjoni Sekondarja (Arti u Disinn);
  2. Edukazzjoni Sekondarja (Auto Mechanics);
  3. Edukazzjoni Sekondarja (Automotive Repair - Body and Paint);
  4. Edukazzjoni Sekondarja (Servizzi tal-Bini);
  5. Edukazzjoni Sekondarja (Care Work);
  6. Edukazzjoni Sekondarja (Karpenterija);
  7. Edukazzjoni Sekondarja (Customer Care u Bejgħ);
  8. Edukazzjoni Sekondarja (Installazzjonijiet Elettriċi u Elettronika Bażika);
  9. Edukazzjoni Sekondarja (Multi-Media);
  10. Edukazzjoni Sekondarja (Plumbing);
  11. Edukazzjoni Sekondarja (Fuħħar u Ċeramika);
  12. Edukazzjoni Sekondarja (Sheet Metal/Blacksmith);
  13. Edukazzjoni Sekondarja (Welding and Fabrication);

1.2.2. Suġġett tal-Edukazzjoni Speċjali kif provdut fiċ-Ċentri tar-Riżorsi/Klassijiet tar-Riżorsi  
  1. Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali);

1.2.3. Skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizzazzjoni tagħha hu:
  • Fl-Accounting jew fl-Ekonomija tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Studji tan-Negozju u/jew Retail;
  • L-Istudji tan-Negozju jistgħu wkoll ikunu meħtieġa biex jgħallmu r-Retail, l-Accounting u l-Ekonomija;
  • Fil-Bijoloġija, Kimika jew Fiżika tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Xjenza;
  • Id-Disinn u Teknoloġija jistgħu wkoll ikunu meħtieġa biex jgħallmu l- Komunikazzjoni Grafika;
  • Fl-Engineering Drawing u Computer Aided Design (CAD) tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Komunikazzjoni Grafika;
  • Computing u Teknoloġija tal-Informatika Vokazzjonali (VIT) tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll l-ICT;
  • Il-Komunikazzjoni Grafika tista' tkun mitluba tgħallem id-Disinn u Teknoloġija; 
  • Moda u Tessuti bi ECTS/ECVET kretti rilevanti għall-Ekonomija għad-Dar (HE) tista’ tintalab tgħallem ukoll l-Ekonomija għad-Dar (HE);
  • Fix-Xjenza bi ECTS/ECVET kretti rilevanti għall-Kimika tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Kimika;
  • Fix-Xjenza bi ECTS/ECVET kretti rilevanti għall-Bijoloġija tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Bijoloġija;
  • Fix-Xjenza bi ECTS/ECVET kretti rilevanti għall-Fiżika tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Fiżika;
  • Fil-Malti tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll il-Malti bħala Lsien Barrani fiċ-Ċiklu tal-Primarja/Sekondarja. 
1.3. Persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizazzjoni tagħha huwa Arti, Etika, Xjenza, Mużika, PE, PSCD jew Reċtar (Sekondarja/Post-Sekondarja) tista’ wkoll tintalab tgħallem is-suġġett rispettiv fiċ-Ċiklu tal-Primarja u Kindergarten.

1.4. Persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizazzjoni tagħha huwa kwalunkwe mis-suġġetti mgħallma fil-livell sekondarju u/jew Post-Sekondarju fi klawsola 1.2 hawn fuq tista’ wkoll tkun meħtieġa tgħallem is-suġġett rispettiv fiċ-Ċentri tas-Sapport ta’ Tagħlim u/jew skejjel li joffru Programmi għal Tagħlim Alternattiv.

1.5. Persuna magħżula li tkun ingaġġata biex tgħallem il-Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti tista' tkun meħtieġa li tgħallem aktar minn suġġett wieħed fi ħdan dan il-programm.

1.6. Jekk suġġett li bħalissa huwa mgħallem f’ċiklu partikolari u jibda jiġi mgħallem f’ċiklu differenti, persuna magħżula tista’ tiġi trasferita skont il-ħtieġa.

1.7. Persuna magħżula tista’ tintalab li tagħmel kull taħriġ speċjali kif meqjus meħtieġ.
  

2.1. Il-ħatra, li hija suġġetta għal perijodu ta’ prova ta’ sena (1), hija fuq bażi indefinit full-time u suġġetta għar-regoli u regolamenti li jirregolaw minn żmien għal żmien is-Servizz Pubbliku ta’ Malta b'mod ġenerali u l-MEYR b’mod partikolari, inkluż id-deployment skont l-esiġenzi tas-servizz. 

Madanakollu, jekk u meta tinħoloq vakanza ta' natura temporanja, il-MEYR jista’ jingaġġa Għalliem fuq bażi definita, sal-aħħar tas-sena skolastika 2024/2025, u minn dakinhar li l-persuna taċċetta tibda tissejaħ Għalliem Temporanju. F’każijiet bħal dawn, dan l-ingaġġ jikkostitwixxi raġuni oġġettiva skont il-Liġi Sussidjarja 452.81 intitolat “Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Servizz għal Terminu ta' Żmien Fiss", dwar kuntratti għal żmien fiss, peress li dan ir-reklutaġġ huwa ta’ natura temporanja. Il-perijodu ta’ prova għandu jkun ta'sena (1) u huwa suġġett għar-regoli u r-regolamenti li jirregolaw  minn żmien għal żmien is-Servizz Pubbliku ta’ Malta b'mod ġenerali u l-MEYR b'mod partikolari, inkluż id-deployment skont l-esiġenzi tas-Servizz.

2.2. Persuna fil-grad ta'Għalliem Temporanju jitqiegħed fuq il-minimu ta’ Skala ta’ Salarju 9, li fis-sena 2024, huwa ta' €25,589.02 fis-sena,  u tkun intitolata għal benefiċċji oħra u suġġetta għal kundizzjonjiet u obbligi oħra li jistgħu jiġu stipulati fi kwalunkwe ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-Malta Union of Teachers (MUT). Dan l-impjegat għandu jibbenefika minn żidied inkrimentali. Iżda Għalliema Temporanji jistgħu jintalbu jwettqu dmirijiet ta’ Form Teacher u/jew dmirijiet oħra kif imfisser fis-sezzjoni dwar Pastoral Care għall-istudenti. Iżda wkoll jekk ikun hemm vakanza permanenti, Għalliema Temporanji jistgħu jiġu offruti l-possibilita' 'li jipprogressaw għal grad ta’ Għalliem b'kuntratt indefinit skont ir-Regolamenti dwar is-Servizz Pubbliku.

2.3. Is-salarju ta’ Għalliem huwa ta' Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2024, huwa ta’ €25,589.02 fis-sena, li jiżdied b’€447.33 fis-sena sa massimu ta’ €28,273.00. Dan is-salarju huwa supplementat  b'benefiċċji l-oħra u suġġetta għal kundizzjonjiet u obbligi oħra li jistgħu jiġu stipulati fi kwalunkwe ftehim  rilevanti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Malta Union of Teachers (MUT). 

2.4. Persuna fil-grad ta’ Għalliem titla’ fi Skala ta’ Salarju 8 (€27,179.02 x €486.83 - €30,100.00 fis-sena 2024) wara tmien (8) snin servizz sodisfaċenti fil-grad, u titla’ fi Skala ta’ Salarju 7 (€28,855.98 x €531.17 - €32,043.00 fis-sena 2024) wara tmien (8) snin oħra servizz sodisfaċenti fil-grad, ta’ Skala ta’ Salarju 8.

2.5. Persuna magħżula li tipprovdi esperjenza ta’ tagħlim skont :
  • L-Addendum tal-Moviment Ħieles tal-ħaddiema fi ħdan l-iStati Membri tal-UE (26 ta’ Settembru 2013) u/jew
  • Il-Ftehim biex Tiffaċilita l-Moviment għall-Edukaturi bejn Skejjel Liċenzjati (29 ta’ Lulju 2015)
tkun eliġibbli għall-aġġustament ta’ salarju skont l-entitlement.

2.6. Il-ħatra ta'persuna magħżula li taċċetta li tibda l-impjieg fit-2 ta’ Settembru 2024, tkun meħtieġa tattendi pre-service college based induction session mal-Kap tan-Network tal-Kulleġġ kif ikkomunikat mill-uffiċju tal-Kap tan-Network tal-Kulleġġ rispettiv, matul ix-xahar ta’ Settembru 2024. Wara dan il-persuna magħżula tkun meħtieġa tattendi l-pre-service National Induction Sessions fis-17, 18, u fis-19 ta’ Settembru 2024. Dawn is-sezzjonijiet mandatorji huma parti mill-programm ta’ induzzjoni għall-għalliema li għadhom kif ikkwalifikaw u għall-għalliema  li għadhom kif ġew ingaġġati .

2.7. Il-ħatra bħala Għalliem tkun suġġetta għat-tlestija b'suċċess tal-kors rilevanti msemmi f’paragrafu 4.4 sat-30 ta' Marzu 2025. In-nuqqas li tingħata din l-evidenza jwassal għat-tneħħija mill-ordni tal-mertu tal-lista tar-riżultat u jiġi tterminat l-impjieg bħala Għalliem.

Madanakollu, jekk applikant ingaġġat ma jkunx temm b’suċċess il-kors skont paragrafu 4.4 sat-30 ta' Marzu 2025, huwa jinħatar bħala Għalliem Supplimentari skont is-sejħa ta’ Għalliem Supplimentari ppubblikata fl-2024 F’każijiet bħal dawn  l-ingaġġ ikun fuq bażi definita, sal-aħħar tas-sena skolastika 2024/2025.

2.8. Persuna magħżula li ma jkollhiex Warrant ta’ Għalliem (Permanenti), tkun eliġibbli li tikseb Warrant ta’ Għalliem (Permanenti), skont l-Artikolu 24 (2) tal-Att dwar l-Edukazzjoni. Impjieg lil hinn minn dan il-perijodu jkun suġġett għall-pussess ta’ dan il-Warrant skont l-Artikolu 24 (1) tal-istess Att.

2.9. Il-ħatra tal-persuna magħżula hija suġġetta għall-kisba ta’ Warrant ta’ Għalliem (Permanenti). In-nuqqas li jinkiseb il-Warrant ta'Għalliem (Permanenti)  ifisser revoka ipso facto tal-ħatra skont ir-Regolament Nru. 23  tar-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (L.S. Const. 01).

2.10. Persuna magħżula tkun meħtieġa li tlesti proċess ta’ induzzjoni b'suċċess, kif stipulat mid-Direttorat tar-Riżorsi Edukattivi (ER). L-għoti tal-konferma tal-ħatra, normalment wara sena, u/jew l-kisba ta’ Warrant ta’ Għalliem (Permanenti) skont l-Artikolu 24 jew 41 tal-Att dwar l-Edukazzjoni, ma jeżentawx lill-persuna magħżula milli twettaq b’suċċess it-taħriġ ta’ induzzjoni.

2.11. Fil-każ tal-applikanti li jgħaddu fir-riżultati f’aktar minn suġġett/qasam/ċiklu wieħed (1), il-persuna  tiġi mpjegata fis-suġġett/qasam/ċiklu skont id-diskrezzjoni tal-MEYR.

2.12. Il-MEYR għandu d-dritt li jassenja u/jew jibgħat il-persuna magħżula biex iservi fi kwalunkwe Kulleġġ, Skola, u Istituzzjoni Edukattiva, inkluż ukoll fuq bażi shared  f’Malta u f’Għawdex, skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Għalliem jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

(ii) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża;

U

(iii) fil-pussess ta' Warrant ta’ Għalliem (Permanenti) maħruġ mill-Kunsill għall-Professjoni ta’ Għalliema (CTP) taħt l-Artikolu 24 (2) tal-Att dwar l-Edukazzjoni; 

Madankollu, kandidati li ma jkollhomx Warrant (Permanenti) ta’ Għalliem maħruġ mis-CTP  imma li eventwalment jikkwalifikaw għal wieħed skont l-Artikolu 24 (2) tal-Att dwar l-Edukazzjoni jistgħu wkoll japplikaw. Il-Ħatra tagħhom bħala Għalliema jingħata bil-kundizzjoni li se jakkwistaw Warrant ta’ Għalliem (Permanenti/Temporanju) bi qbil mal-artikoli rilevanti tal-istess Att. L-applikanti li jiġu offruti impjieg mal-MEYR għandhom jissottomettu applikazzjoni  onlajn għal warrant ġdid jew tiġdid tal-warrant temporanju permezz tal-link li ġej: https://education.gov.mt/public-bodies/council-for-the-teaching-profession/
Il-warrant temporanju dejjem jiskadi fil-31 ta’ Awwissu u għandu jiġġedded kull sena skolastika.

U

(iv) ikollhom Warrant ta’ Għalliem (Permanenti) flimkien ma’ kwalifika rikonoxxuta fit-tagħlim/kors fil-pedagoġija fil-Livell 6 tal-MQF,  kif definit f’din is-sejħa u l-Appendiċi tagħha u li għandhom mhux inqas minn ħmistax-il (15) sena  esperjenza ta' tagħlim, u jgħallmu s-suġġett/qasam/ċiklu li qed japplikaw għalih fi skola liċenzjata;

JEW

(v) ikollhom Ċertifikat ta’ Għalliem jew ikunu temmew b’suċċess il-Kors ta’ Għalliem Gradwat, it-tnejn f’Livell 6 tal-MQF organizzati mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni, bis-suġġett li applikaw għalih meħud bħala s-suġġett ewlieni fil-Kors ta’ Taħriġ għal Għalliem;

JEW

(vi) ikollhom kwalifika ta’ tagħlim rikonoxxuta f’Livell 6/7 tal-MQF, kif definit f’din is-sejħa u fl-Appendiċi A, li tinkludi s-suġġett/qasam li għalih saret applikazzjoni bħala qasam ewlieni ta’ studju u li tissodisfa aktar eliġibilità kif definit fl-Appendiċi B jekk applikabbli, għas-suġġett /qasam/ċiklu li applikaw għalih;

JEW

(vii) ikollhom kwalifika ta’ tagħlim rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF, kif definit f’din is-sejħa u fl-Appendiċi tagħha, f’suġġett/i fiċ-ċiklu tas-Sekondarja, flimkien ma' kors t’adattament rikonoxxut mill-Awtoritajiet Edukattivi;

JEW

(viii) ikollhom kwalifika rikonoxxuta ta’ tagħlim/kors fil-pedagoġija f’Livell 6 tal-MQF kif definit f’din is-sejħa u fl-Appendiċi tagħha u li għandhom minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti f’Livell 6 tal-MQF fis-suġġett/qasam li applikaw għalih, anke jekk il-kwalifika/kors ta’ tagħlim/ pedagoġija li għandhom, kif definit f’din is-sejħa u fl-Appendiċi tagħha, mhuwiex fis-suġġett/qasam/ċiklu li applikaw għalih;

JEW

(ix) l-applikanti li rreġistraw għal u sussegwentament ingħataw kwalifika  (Master) rikonoxxuta f’Livell 7 tal-MQF minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti jew ekwivalenti* fis-suġġett li qed japplikaw għalih, qabel id-29 ta’ Lulju 2008, u li ġew mogħtija Warrant ta’ Għalliem (Permanenti) skont Artikolu 41 tal-Att dwar l-Edukazzjoni, irid ikollhom ukoll kwalifika ta’ tagħlim rikonoxxuta fil-Livell 6/7 tal-MQF, kif definit f’din is-sejħa u Appendiċi A, fis-suġġett/qasam/ċiklu li applikaw għalih.

Madankollu, jekk applikant għandu fil-pussess tiegħu Warrant ta' Għalliem (Permanenti), iżda m'għandux kwalifika ta' tagħlim rikonoxxuta fil-Livell 6/7 tal-MQF, kif definit f'din is-sejħa u l-Appendiċi tagħha, huwa xorta waħda eliġibbli biex japplika bil-kundizzjoni li l-applikant jipprovdi evidenza dokumentata li hu / hi ġie kkonfermat, (jiġifieri m'għadux taħt probation u ħadem għal sena skolastika sħiħa) fil-grad ta' Għalliem, u għallem is-suġġett / qasam / ċiklu li għalih saret applikazzjoni, fi skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obbligatorja.

(x) Uffiċjali Pubbliċi fi grad ta’ Għalliem, li li l-ħatra tagħhom f'dan il-grad ġiet ikkonfermata, u li jixtiequ jiġu kkunsidrati biex jgħallmu f’ċiklu differenti u/jew jgħallmu suġġett differenti, jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li minbarra jkollhom kwalifika ta’ tagħlim/pedagoġija skont Appendiċi A, ikollhom minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti f’Livell 6 tal-MQF fis-suġett/qasam li applikaw għalih, anke jekk il-kwalifika/kors ta’ tagħlim/pedagoġija tagħhom ma jkunx fis-suġġett/qasam li applikaw għalih.

(xi) L-applikanti li għandhom fil-pussess kwalifika tat-tagħlim fl-Edukazzjoni fi Snin Bikrin jew fil-Primarja, kif definit f’din is-sejħa u fl-Appendiċi tagħha, jrid ikollhom fil-pussess tagħhom ukoll:

(a) Tliet (3)  Ċertifikati tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u /jew Livell Ordinarju ("O" Level grad A-C jew 9-4) fil-Livell 3 tal-MQF jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, fil-lingwa Maltija, fil-lingwa Ingliża u fil-Matematika.  Dment li applikant li ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti (f’paragrafu xiv) xorta jkun  eliġibbli li japplika jekk ikollu Warrant Permanenti ta’ Għalliem, u kien jgħallem full-time fi skola liċenzjata li toffri edukazzjoni obligatorja għal perjodu ta’ mhux inqas minn ħames (5) snin skolastiċi fl-aħħar għaxar (10) snin skolastiċi.

(b) Applikanti li daħlu għal wieħed mill-korsijiet stipulati f’ (xi) u Appendiċi A bħala studenti maturi u temmew b’suċċess dawn  il-kors huma eżenti mid-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu (xi) (a)  sakemm jiproduċu testimonjanza  f'dan is-sens mill-istituzzjoni rilevanti.

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 60 ECTS/ECVET kretti, hekk kif applikabbli hija accetta biss suggett ghal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tigi sottomessa mal-applikazzjoni.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2. Kull referenza għal kwaliki rikonoxxuti  ta' tagħlim jew kors pedagoġiku  Appendiċi A:  https://educationservices.gov.mt/en/Documents/Vacancies/Appendix%20A%20-%20Recognised%20Teaching%20qualifications%202024.pdf msemmi hawn fuq. Barra min hekk L-applikanti huma meħtieġa wkoll jirreferu għall-Appendiċi B billi jaċċessaw dan il-link:
ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet li tindika aktar dettalji u rekwiżiti ta’ eliġibbilita’ fil-qasam tal-eliġibbilita’ tas-suġġetti elenkati fil-paragrafu 1.2.

L-applikanti, li jixtiequ japplikaw għal suġġetti li mhumiex elenkati fl-Appendiċi B, għandhom jirreferu għall-paragrafi fit-taqsima 4.1 u Appendiċi A għar-rekwiżiti ta’ eliġibbilita’.

4.3.Kwalifiki f'livell ogħla minn dak speċifikat hawn fuq u f'paragrafi 4.1 u 4.2, jiġu aċċettati għal skopjiet ta’ eliġibbilità, sakemm dawn ikunu fis-suġġett/qasam/ċiklu mitluba.

4.4.  L-applikanti li jkunu fl-aħħar sena tal-kors li jwassal għall-għoti tal-kwalifika xierqa ta’ tagħlim skont il-paragrafi taħt sezzjoni 4.1 xorta jistgħu japplikaw. Dawn l-applikanti jkunu jridu li jippruvaw t-tlestija b’suċċess tal-kors rilevanti sat-30 ta' Marzu 2025. In-nuqqas li tingħata din l-evidenza jwassal għat-tneħħija mil-lista ta’ mertu ta’ riżultat u jekk tali applikant ikun ingaġġat, il-ħatra tiegħu/tagħha bħala Għalliem/a tiġi mibdula għal dik ta’ Għalliem/a Supplimentari u l-ingaġġ ikun fuq bażi definita għas-sena skolastika 2024/2025, li tista’ tiġi tiġġedded għal perjodi oħra.

4.5. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.6. Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.

Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.7. L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.

4.8. Hija r-responsabbiltà tal-applikant li jippreżenta dikjarazzjoni ta’ komparabbilità maħruġa mis-CTP għal kwalifiċi tat-Tagħlim, li tikkonferma il-komparabbilità tal-kwalifikazzjoni skont paragrafi 4.2 sa 4.4 u Appendiċi A. Dawk li għandhom kwalifika ta' tagħlim, kif imsemmija f'Appendiċi A, m’għandhomx għalfejn jippreżentaw dikjarazzjoni tal-komparabbilità.

Ministry / Department :

Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation

Contact Persons :

Edu Servizz.gov

Address :

Great Siege Road,Floriana,VLT2000

Telephone :

2598 0000

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.