Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Foreman (Agriculture)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MG 7/2023


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Biedja, Sajd u Ambjent
    Data ppubblikata: 24/02/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 10/03/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru għal Għawdex
    Dipartiment: Direttorat għall-Affarijiet Rurali f'Għawdex

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għal Għawdex jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Foreman (Agriculture) fil-Ministeru għal Għawdex.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Is-salarju ta’ Senior Foreman (Agriculture) huwa ta’ Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2023 huwa ta’ €21,630.00 fis-sena, li jiżdied b’ €375.17 fis-sena sa massimu ta’ €23,881.02.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Senior Foreman titla’ fi Skala 10 (li fis-sena 2023 huwa ta' €23,029.57 x €407.67 - €25,475.59) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4 Il-persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Unjins kompetenti.

2.5. Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġa` għandhom ħatra fl-istess grad li qiegħda tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta' speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta' eliġibbilta`.

2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Foreman (Agriculture) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.  L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’  l-eliġibbilita’ l-oħra kollha.  Dawn l-uffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew kellhom il-grad ta’: -   

i) fil-grad ta' Foreman;

JEW

ii) fil-grad ta' Assistant Foreman u li għandhom servizz ta' mhux inqas minn ħames (5) snin f' dan il-grad;

JEW

iii) fil-grad ta' Assistant Foreman u li huma fil-pussess ta' ċertifikat tal-Journeyman Livell 3 jew Diploma Avanzata f' Livell 4  f' qasam tekniku relevanti jew kwalifika oħra komparabbli.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippubblikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppubblikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

4.8 Uffiċjali Pubbliċi li jgħixu Għawdex iżda li jaħdmu Malta, u li għandhom grad sustantiv bħal ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, jistgħu japplikaw lateralment.  F' każ li jintgħażlu, dawn l-Uffiċjali Pubbliċi jiġu trasferiti għall-Ministeru għal Għawdex, u jżommu l-grad u s-salarju tagħhom.  Huwa kkjarifikat li dawn il-kandidati ma jingħatawx marki addizzjonali fil-proċess tal-għażla għal pussess ta' kwalifiki li huma rekwiżiti tal-eleġibbilta` skont din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Ministry / Department :

 Ministeru għal Għawdex

Contact Persons :

 Isabella Grech

Address :

 Fergħa tal-People Management

 Id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi

 Ministeru għal Għawdex

 Pjazza San Franġisk

 Ir-Rabat Għawdex

Telephone :

 22155331

Email address :

 isabella.a.grech@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.