Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Duties - PTO (MT & EN) |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali għall-Operat, f'isem is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Principal Techncial Officer (Site Co-Ordination) fil-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.
2.2 Is-salarju ta’ Principal Technical Officer (Site Co-Ordination) huwa ta’ Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2021 huwa ta’ €22,633 fis-sena, li jiżdied b’€447.33 fis-sena sa massimu ta’ €25,317.
2.3 Il-peruna nnominata tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu miniżżlin li kwalunkwe ftehim relevanti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Union kompetenti.
2.4 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.
2.5 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Principal Technical Officer (Site Co-Ordination) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku, għandom ikunu konfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom u li:
a) ġew assimilati bħala 'Officer in Grade 9' jew 'Officer in Grade 8' skont il-ftehim dwar il-Klassifikazzjoni, ir-Regrading u l-Assimilazzjoni tal-Klassi Teknika u li l-ħatra tagħhom f'dan il-grad ġiet ikkonfermata; JEW
b) huma kkonfermati fil-grad ta' Senior Technical Officer, u li huma fil-pussess ta' mill-inqas Higher Technician Diploma (HTD) fil-Livell 5 tal-Malta Qualifications Framework (għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*) f'qasam tekniku relatat jew kwalifika professjonali kumparbbli, u li għandhom mhux inqas minn ħames (5) snin esperjenza f'site project management u/jew workforce supervision; JEW
a) ġew assimilati bħala 'Officer in Grade 9' jew 'Officer in Grade 8' skont il-ftehim dwar il-Klassifikazzjoni, ir-Regrading u l-Assimilazzjoni tal-Klassi Teknika u li l-ħatra tagħhom f'dan il-grad ġiet ikkonfermata; JEW
b) huma kkonfermati fil-grad ta' Senior Technical Officer, u li huma fil-pussess ta' mill-inqas Higher Technician Diploma (HTD) fil-Livell 5 tal-Malta Qualifications Framework (għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*) f'qasam tekniku relatat jew kwalifika professjonali kumparbbli, u li għandhom mhux inqas minn ħames (5) snin esperjenza f'site project management u/jew workforce supervision; JEW
*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jidditermina li huwa kumparabbli ma' 60 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.
c) ġew assimilati fil-grad ta' Senior Technical Officer skont il-Ftehim dwar il-Klassifikazzjoni, ir-Regrading u l-Assimilazzjoni tal-Klassi Teknika u li għandhom mill-inqas total ta' ħames (5) snin servizz f'dan il-grad jew fil-gradi ta' qabel ta' Technical Officer I u Technical Officer II.
4.2 Il-Higher Technician Diploma (HTD) hija meqjusa bħala kwalifika fil-Livell 5 tal-Malta Qualifications Framework (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*). Persuna li jkollha kwalifika rikonoxxuta f'Livell 4 tal-MQF (suġġett għall-minimu ta' 120 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*) segwita b'sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata, titqies bħala li tissodisfa l-klawsola 'Higher Technician Diploma jew kwalifika xierqa ekwivalenti' li tinsab f'paragrafu 4.1 (b). Is-sentejn (2) esperjenza, iżda ma jistgħux jingħaddu wkoll bħala parti mill-ħames (5) snin esperjenza oħra mandatorja f'site project management u/jew workforce supervision.
*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa kumparabbli ma' 60/120 ECTS/ECVET kretti (skont kif applikabbli). Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.
4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba.
4.5. Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji ta' eliġibilta’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.6. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.7. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar |
Contact Persons : | Olivia Rossitto, Manager II |
Address : | 6, Triq Ħal Qormi, Sta Venera SVR 1301 |
Telephone : | 23316264 |
Email address : | humanresources.mecp@gov.mt |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.