Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Legal Officer

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/OPM 03/2021


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Indefinita  

    Qrati u Legali
    Data ppubblikata: 22/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 05/02/2021 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - Senior Legal Officer 
Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), Uffiċċju tal-Prim Ministru tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Legal Officer fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.

Is-salarju ta’ Senior Legal Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 6, li fis-sena 2021 huwa ta’ €27,327 fis-sena, li jiżdied b’ €596.33 fis-sena sa massimu ta’ €30,905.

Il-persuna nnominata tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet oħra stipulati fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Unions kompetenti.

Il-persuna magħżula trid tassigura li topera fil-qafas tal-Kodiċi tal-Etika u tal-paragrafu 6.2.3 tal-Public Service Management Code u ma' tista' tagħmel l-ebda xogħol barra mill-ħin tax-xogħol mal-Gvern li jista' jwassal għal kunflitt ta' interess jew ixekkel l-operat mad-dmirijiet uffiċċjali tiegħu/tagħha mal-Gvern. Xogħol privat jista' jsir biss bil-permess tas-Segretarju Permanenti.

Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

Dmirijiet

Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Legal Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku li għandhom il-grad sostantiv ta' Legal Officer, li l-ħatra tagħhom f'dan il-grad ġiet ikkonfermata, li għandhom ħames (5) snin ta' servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Legal Officer.

Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba. 

Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji ta' eliġibilta’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.  

Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

 People Management Section, Finance and Administration Directorate, Office of the Prime Minister

Contact Persons :

Ms Eloise Magro, Ms Romina Brincat

Address :

Office of the Prime Minister, Auberge de Castille, St Paul's Street Valletta

Telephone :

 22001011, 22001016

Email address :

human-resources.opm@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.