Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Ingaġġ mill-Ġdid ta’ Uffiċjali Pubbliċi Irtirati/ li ser jirtiraw fil-gradi tanNursing jew Midwifery u Ingaġġ ta’ Impjegati tan-Nursing jew Midwifery Irtirati/ li ser jirtiraw biex iwettqu dmirijiet fuq bażi full-time/ part-time fisServizz Pubbliku ta’ Malt

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata' 21/03/2025


    Pubbliku Ġenerali - Sejħa Kontinwa  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 21/03/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 19/12/2025 17:15
    Ministeru: Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva

Konnessjoni
Ara d-dokument Annex A 
Ara d-dokument Call_English 
Ara d-dokument Call_Maltese 
Is-Segretarju Permanenti (Saħħa) u Segretarju Permanenti (Anzjanità Attiva), Ministeru għasSaħħa u Anzjanità Attiva jilqaw applikazzjonijiet mingħand Nurses jew Midwives li laħqu letà tal-irtirar (mhux aktar minn 70 sena) jew li ħa jilħqu l-età tal-irtirar sal-31 ta’ Diċembru 2025 U li kienu uffiċjali pubbliċi jew irtirati/ li ser jirritiraw, jew individwi irtirati/ liser jirtiraw li qabel ma kinux uffiċjali pubbliċi, biex iwettqu dmirijiet fuq bażi full-time/ part-time fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

Qiegħed jiġi ċċarat li din is-sejħa hija għal Charge Nurses/Qwiebel li jirtiraw jew gradi oħra ta’ Nursing/Qwiebel fi skali 6 jew ogħla u għall-gradi kollha ta’ nursing/Qwiebel li diġà rtiraw.

Il-kandidati jrid ikollhom l-istess rekwiżiti li s-soltu jkunu meħtieġa għal gradi bħal dawn fisServizz Pubbliku ta’ Malta inkluż ir-reġistrazzjoni mal-Kunsill għall-Infermiera u Qwiebel Malta u profiċjenza fil-lingwa Maltija u Ingliża.

Persuna magħżula titħallas skont ir-regoli u r-regolamenti applikabbli kif stabbiliti mis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, u li jirriflettu l-ftehim Settorali tal-Klassi tan-Nursing / Midwives.

Persuna magħżula fil-grad ta' Nurse jew Midwife irtirat/li ser jirtira li jirritorna fis-Servizz Pubbliku biex iwettaq dmirijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta titħallas skont is-Salarju u l-iskala li fiha kienet irtirat / li ser tirtira.

Nurses jew Midwives li kellhom kariga maniġerjali qabel l-irtirar tagħhom għandhomjitqiegħdu fil-grad ta’ Senior Staff Nurse jew Senior Midwife (kif inhu applikabbli) fuq l-iskala massima 7.

Dmirijiet

Skont is-sejħa ta' l-applikazzjoni

Eliġibbiltà

Skont is-sejħa ta' l-applikazzjoni
Ministry/ Department:
Diviżjoni tal-People Management, 
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva
Contact Person:Maureen Mahoney 
Direttur Ġenerali (People Management)
Address: 
Diviżjoni tal-People Management, 
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva,
15, Palazzo Castellania, 
Triq il-Merkanti, 
Valletta, VLT 1171
Telephone:+356 22992604
Email Address: [email protected] 


  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.