Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Espressjoni ta' Interess - Interviewers

     Nru. ta' Referenza Cirkolari Nru. HR/MAFA 01/2020


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Espressjoni ta' Interess  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 22/05/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 05/06/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru Għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet Tal-Annimali
    Dipartiment: Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annes A/ Annex A Duties  
Ara d-dokument Expression of Interest - Interviewers - DFA - MAFA - Eng 
Ara d-dokument Espressjoni ta' Interess - DFA - MAFA - Mlt 
1. F’konformità mal-kunċett tal-mobilità tal-impjiegi, li jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim tal-individwu filwaqt li jindirizza l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura fi ħdan il-Ministeru tal-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali qiegħed ifittex li jidentifika Uffiċjali Pubbliċi u dawk fis-Settur Pubbliku adatti biex iwettqu dmirijiet bħala  Interviewers fil-Fisheries Surveys, għal perjodu ta’ għaxar (10) gimgħat , li jista’ jiġġedded għal aktar perjodi. 

Il-Fisheries Economic Surveys isiru mid-Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (EU) 2019/909 li tadotta programm Kommunitarju multiannwali għall-ġbir, l-immaniġġjar u l-użu tad-data fis-settur tas-sajd.

2. Uffiċjali Pubbliċi fi Skala mhux inqas minn  Skala 16, jew impjegati f’livell ta’ responsabbiltà kumparabbli fil-Settur Pubbliku huma għaldaqstant mistiedna li jissottomettu espressjoni ta’ interess, sabiex iwettqu dmirijiet bħala Interviewers, għall-ġbir ta’ data ekonomika tas-sajd għas-snin ta’ referenza mill-2019 ‘il quddiem. Kunsiderazzjoni xierqa tingħata lil dawk l-applikanti li għandhom esperjenza ta’ xogħol xierqa u ppruvata.

3. Id-data tinġabar permezz ta’ kwestjonarji (stħarriġ) imħejjija mid-Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura u dawn iridu jimtlew permezz ta’ intervista personali mas-sajjieda jew metodi oħra deciżi mid-Departiment. Minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, sakemm jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq il-misuri soċjali implementati, l-intervisti ser isiru permezz ta' telefonati. L-applikanti magħżula jkunu mistennija li jwettqu madwar għoxrin (20) intervista personali f’perjodu speċifikat ta’ għaxar (10) ġimgħat sabiex tinġabar id-data ta’ sena partikolari. Dawn l-intervisti huma mistennija li jsiru bejn Mejju u Settembru. Dan il-perjodu huwa  indikattiv u x-xhur meta jsir l-istħarriġ jistgħu jinbidlu skont l-eżigenzi tad-Dipartiment. L-applikanti li jintgħażlu jkunu mistennija li:
(a)        Jikkuntattjaw lis-sajjieda rispettivi sabiex jiġu intervistati;
(b)        Jagħmlulhom intervista permezz ta' telefonati;
(ċ)        Jissottomettu, b’mod elettroniku, l-kwestjonarji kompluti lid-Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura;
(d)        Jwettqu proċess ta’ validazzjoni tad-data permezz tat-telefon;
In-numru ta’ surveys li jiġu assenjati li kull Interviewer jistgħu jvarjaw ukoll skont l-eżigenzi tax-xogħol.


4. L-Interviewers għandhom jirrappurtaw lid-Direttur Ġenerali (Sajd u Akwakultura), jew lil rappreżentant/a delegat/a minnu, u l-applikanti magħżula jkunu mistennija jiffirmaw undertaking li jikkonferma l-impenn tagħhom għal dan l-assignment. Min jonqos li jimxi mad-direzzjonijiet u/jew l-iskadenzi mogħtija mid-Direttur Ġenerali (Sajd u Akwakultura), u/jew ir-rappreżentant/a tiegħu, mingħajr ġustifikazzjoni xierqa, jista’ jintemmlu l-assignment b’mod immedjat.

5. L-intervisti jridu jsiru jew barra mill-ħinijiet tal-uffiċċju inkella matul ġranet/sigħat ta’ vacation leave tal-Interviewer. L-Interviewers jridu jassiguraw li l-informazzjoni miġbura tkun ta’ kwalità tajba u huma wkoll responsabbli sabiex informazzjoni individwali pprovduta lilhom mis-sajjieda tinżamm sigura sakemm tasal għand id-Dipartiment għas-Sajd u l-Akwakultura.


6. L-Interviewers jitħallsu bir-rata ta’ €20 għal kull kwestjonarju li jimtela. Din ir-rata tinkludi, fost l-oħrajn, it-taxxi u l-ispejjeż kollha li jħallas l-Interviewer sabiex jikkuntattja lil min ikun se jiġi intervistat u kif ukoll l-ispejjeż tat-trasport. Il-ħlas isir meta s-surveys assenjati jitlestew b’suċċess, u parti mill-ħlas jew saħasitra l-ħlas kollu jista’ jinżamm, jekk l-assignment jintemm qabel it-tlestija b’suċċess tas-surveys assenjati.

6.1 L-Interviewers jintalbu li jattendu għal sessjonijiet ta’ taħriġ u ​briefing. Dawn jistgħu isiru matul il-ħin tal-uffiċċju u għal dan il-għan il-persuni li jintgħażlu jkunu mistennija li jagħmlu arranġamenti personali sabiex jiġu rilaxxati minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom. L-attendenza għal dawn is-sessjonijiet mhijiex koperta bi ħlas addizzjonali.

Dmirijiet

7. Wieħed jista' jara id-dmirijiet tal-EOI fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-ċirkulari.

Eliġibbiltà

8. L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. Il-kandidati magħżula jiġu assenjati fuq dmirijiethom skont l-eżitu ta’ tali valutazzjoni u skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku. 

9. Kull kwalifika u esperjenza dikjarata għandha tkun sostnuta b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu mehmuża mas-sottomissjoni tal-Uffiċjal. Kopji skennjati mibgħuta elettronikament huma aċċettabbli.

9.1 Iċ-ċertifikati u/jew it-testimonjanzi oriġinali jridu jintwerew waqt l-intervista mingħajr ebda eċċezzjoni.

10. Fejn jikkonċerna kwalifiċi sottomessi b’rispons għal din is-sejħa għall- applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom jitolbu recognition statement mill-Qualifications and Recognition Information Centre (QRIC). Il-formola tal-applikazzjoni tista’ titniżżel mis-sezzjoni tal-QRIC fuq il-websajt tal-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (www.ncfhe.org.mt). Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni, bl-oriġinali tintwera waqt l-intervistà. 

10.1 Applikanti li m'għandhomx fil-pussess tagħhom ir-recognition statement  jistgħu xorta waħda japplikaw, iżda jridu jibagħtu kopja li l-Entità mill-aktar fis possibbli, però, mhux aktar tard minn ġimgħa mid-data tal-għeluq tal-Espressjoni tal-Interess. Applikanti li għal raġunijiet li m'għandhomx kontroll tagħhom, u li minħabba fihom jibqgħu ma jipprovdux id-dikjarazzjoni mitluba fiż-żmien stipulat hawn fuq, jistgħu jitolbu estensjoni ta' mhux aktar minn ġimgħa. L-applikanti jridu jagħtu raġuni valida għalfejn għandhom bżonn l-estensjoni.

10.2 L-applikanti huma eżentati milli jippreżentaw id-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq jekk ikollhom kwalifiċi miksuba minn Universitajiet akkreditati jew istituzzjonijiet oħra akkreditati li huma mniżżla u fis-sezzjoni tal-QRIC fuq il-websajt tal-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (www.ncfhe.org.mt). F’każ ta’ dubju, madankollu, il-Bord tal-Għażla jista’ jwarrab din l-eżenzjoni u jitlob lill-applikant/a biex jipproduċi/tipproduċi dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent maħruġa mill-MQRIC. F’dan il-każ, l-applikant jingħata xahar ċans sabiex jipproduċi d-dikjarazzjoni, bil-possibbiltà ta’ estensjoni kif imsemmi f’ subparagrafu (b) hawn fuq.

11. Persuni rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità (KNPD) jistgħu jgawdu minn ‘bdil raġonevoli’, skont Sezzjoni 7 tal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) (Kap. 413), anke jekk ma jkunux jissodisfaw għalkollox il-parametri tal-eliġibilità għall-pożizzjoni li jkunu applikaw għaliha; dan sakemm ikunu jistgħu jaqdu d-dmirjiet relatati ma' din il-pożizzjoni.

11.1 Is-sottomissjonijiet skont din il-klawsola għandhom jintbagħtu mal-formola tal-applikazzjoni u għandhom ikunu msaħħa b’dokumenti relevanti li jinkludu evidenza dokumentata tar-reġistrazzjoni tal-applikant mal-KNPD. L-applikanti għandhom jagħtu ġustifikazzjonijiet motivati għaliex ma jissodisfawx il-parametri kollha tal-eliġibilità u għaliex huma mistħoqqa kunsiderazzjonijiet speċjali. Il-korrispondenza kollha għandha tiġi indirizzata lill-Entità u tkun ikkuppjata lill-KNPD.

12.   Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat mid-Direttur Ġenerali, Sajd u Akwakultura  u jkun esibit fuq in-noticeboard tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura  l-Għammieri, Marsa MRS 3303.

12.1 Petizzjonijiet li joġġezzjonaw għar-riżultat tal-proċess tal-għażla għandhom jaslu għand id-Direttur Ġenerali (Sajd u Akwakultura  fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.
Ministry / Department :
Ministry for Agriculture, Fisheries and Animal Rights
Contact Person :
Ms Michelle Formosa
Manager II
Address :
MAFA Offices, Old Farmhouse, Ghammieri, Marsa MRS 3302
Telephone :
22924512
Email address :
humanresources.mafa@gov.mt

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.