Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Assistant Manager (Riżorsi Umani)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MEEC 19/2025


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 11/04/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 28/04/2025 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A- Duties: Assistant Manager (HR) 
1. Id-Direttur Ġenerali għall-Operat, f'isem is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l- Indafa Pubblika jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Assistant Manager (Riżorsi Umani) fil-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur. 

2.2 Waqt il-perjodu ta’ probation/prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Assistant Manager (Riżorsi Umani), li jidħol fil-grad ta’ Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2025 huwa ta’ €24,038.98 fis-sena, li jiżdied b’€ 375.17 fis-sena sa massimu ta’ €26,290.00.

2.4 Persuna fil-grad t’ Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 11, u titla fi Skala 10 (€25,570.98 x €407.67 - €28,017.00) fis-sena 2025 wara tliet (3) snin servizz bħala Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 11, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għall-ħlas ta' allowance tal-klassi ta' €500, suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien. 

2.6 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam ta’ Riżorsi Umani, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.

2.7 Ir-riżultat jibqa’ validu għal perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

2.8 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Assistant Manager (Riżorsi Umani) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

L-oġġettivi tal-post huma li jappoġġjaw il-funzjonijiet kollha tal-immaniġġjar tar-Riżorsi Umani nkluż l-ippjanar tarRiżorsi Umani, konformita' tal-proċessi delegati u mmaniġġjar ta' ġestjoni tar-rekords/data/statistika aġġornati talimpjegati li fuqhom jittieħdu d-deċiżjonijiet strateġiċi tar-Riżorsi Umani. Dan l-irwol huwa kumplimentari għal dak ta' People Management.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu: Uffiċjali Pubbliċi jew Ħaddiema tas-Settur Pubbliku li huma ssekondati mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Ħaddiema tal-RSSL. Uffiċjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw;

(i) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija kif ukoll dik Ingliża;

U

(ii) fil-pussess ta’ Diploma rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fil-Work and Human Resources Management, jew Training and Development, jew Public Administration, jew Public Management, jew Corporate Governance and Leadership, jew Leadership and Organisational Behaviour, jew Management and Leadership, jew Strategy, Leadership and Change Management, jew Industrial Relations and Workplace Learning, jew Business Administration jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment.

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.

Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 (i) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’Livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-Livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorità​ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 

4.3 Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (a) sa 4.1 (c) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

Ministry / Department  :

Ministeru għall-Ambjent, l- Enerġija u l-Indafa Pubblika

Contact Persons :

Ms Gianella Lia-Manager II

Address :

6, Triq Ħal-Qormi, Sta Venera, SVR 1302

Telephone :

20953131

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.