Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Allied Health Professional (Podiatry)

     Nru. ta' Referenza Government Gazette dated 22/05/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 22/05/2020 14:00
    Data tal-għeluq: 05/06/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Anness A 
1.1 Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta' Soċjali  jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Allied Health Professional (Varji) fuq bażi Full Time / Part Time fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta' Soċjali.


1.2 Vakanzi jeżistu hekk kif ġej:

a) Physiotherapy;
b) Podiatry;

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar għal dawk li jiġu ingaġġati fi Skala ta’ Salarju 10 u sitt (6) xhur għal dawk li jiġu ingaġġati fi Skala ta’ Salarju 12.

2.2 Is-salarju ta’ Allied Health Professional bid-Diploma f’Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET) huwa ta’ Skala ta’ Salarju 12, li fis-sena 2020 hu €18,142 fis-sena, li jiżdied bi €354 fis-sena sa massimu ta’ €20,266 fis-sena.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Allied Health Professional (bid-Diploma) titla’ fi Skala ta’ Salarju 10 (li fis-sena 2020 hu €20,603 x €407.67 - €23,049 fis-sena) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Allied Health Professional (bid-Diploma) titla’ minn Skala ta’ Salarju 10 għal Skala ta’ Salarju 9 (li fis-sena 2020 hu €21,933 x €447.33 - €24,617 fis-sena) wara għaxar (10) snin servizz fil-grad ta’ Allied Health Professional (bid-Diploma) fi Skala ta’ Salarju 10, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Is-salarju ta’ Allied Health Professional bid-Degree f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li jibdew minn Ottubru 2003) huwa ta’ Skala ta’ Salarju 10, li fis-sena 2020 hu €20,603 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,049 fis-sena.

2.6 Persuna fil-grad ta’ Allied Health Professional (bid-Degree) titla’ fi Skala ta’ Salarju 9 (li fis-sena 2020 hu €21,933 x €447.33 - €24,617 fis-sena) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.7 Persuna fil-grad ta’ Allied Health Professional (bid-Degree) li jkollha kwalifika xierqa ta’ wara l-gradwazzjoni Masters f’Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2008), tidħol fi Skala ta’ Salarju 10 u titla’ għal Skala ta’ Salarju 8 (li fis-sena 2020 hu €23,358 x €486.83 - €26,279 fis-sena) wara sentejn (2) servizz sodisfaċenti bħala Allied Health Professional (bid-Degree). Dment li kwalunkwe applikanti li jkollhom degree Masters xierqa f’Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2008), u li jkollhom aggregat minimu ta’ sentejn (2) servizz sodisfaċenti filprofessjoni tal-Allied Health mal-Gvern, jitpoġġew immedjatament fit-tarġa rilevanti ta’ Skala ta’ Salarju 8 skont id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Public Service Management Code (PSMC) minn żmien għal ieħor. Ladarba titpoġġa fi Skala ta’ Salarju 8, dawn l-Allied Health Professionals iridu jagħmlu l-competency programme u evaluation framework sabiex jipprogressaw aktar fit-triq rilevanti tal-karriera hekk kif dettaljat aktar fi klawsoli oħra tal-Ftehim Settorali li jappartjeni għall-Allied Health Professionals.

2.8 Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji l-oħra tali, u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra tali li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Union kompetenti.

2.9 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad/pożizzjoni li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatat bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.



Dmirijiet

3.1 Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' Allied Health Professional (Varji)  fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

3.2 Persuna maħtura tista’ tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta’ Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni. 

3.3 Il-kandidata magħżula tista’ tkun meħtieġa taħdem fuq bażi ta’ xift li jinkludi xogħol bil-lejl skont rosters stabbiliti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta' Soċjali. Allied Health Professionals ingaġġati fuq bażi part-time jkunu meħtieġa li jaħdmu minimu ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa u allokati f’rosters u sezzjonijiet skont l-eżiġenzi tas-servizz.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

      ii.           kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża;

U

      iii.          fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta f’livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti) fl-ispeċjalita' rilevanti jew kwalifika kumparabbli professjonali u jkunu reġistrati fl-ispeċjalita` rilevanti mal-Kunsill ta’ Professjonisti Kumplimentari għall-Mediċina f’Malta;

JEW

      iv.         fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta f’livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta’ programmi li jibdew minn Ottubru 2003) fl-ispeċjalita` rilevanti jew kwalifika kumparabbli professjonali U jkunu reġistrati fl-ispeċjalita` rilevanti mal-Kunsill ta’ Professjonisti Kumplimentari għall-Mediċina f’Malta.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbiltà, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Masters f’Livell 7 ta’ MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET fir-rigward ta’ korsijiet li bdew minn Ottubru 2008.

Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti talkwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għallapplikazzjonijiet.

Aktar minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu r-rekwiżiti speċifikati f’paragrafi 4.1 (iii) jew 4.1 (iv) formalment, xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti ta’ tali rekwiżiti sal-aħħar ta’ Diċembru, 2020. Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati jridu juru r-rekwiżiti indikati f’paragrafi 4.1 (iii) jew 4.1 (iv) qabel il-ħatra.

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).

inistry / Department :

Ministry for the Family, Children's Rights and Social Solidarity

Contact Person :

Mary Mifsud / Maria Farrugia

Address :

38, Ordnance Street, Valletta

Telephone :

2590 3451 / 3354

Email address :

recruitment.mfcs@gov.mt

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.