Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    POST TA’ OPERATIONS MANAGER FIL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

     Nru. ta' Referenza Cirkulari Nru. HR/MFH 23/2020


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 15/05/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 29/05/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Operations Manager, fil-Ministeru għas-Saħħa.

2.1. Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

2.2. Is-salarju ta’ Operations Manager huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fis-sena 2020 huwa ta’ €24,894 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €28,081.

2.3. Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji l-oħra tali, u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra tali li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.

2.4. Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' Operations Manager fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku li japplikaw għal post ogħla għandom ikunu konfermati fil-ħatra tagħhom kurrenti u:

(a) fil-grad ta’ Principal Technical Officer; liema ħatra f’dan il-grad ġiet ikkonfermata; JEW

(b) fil-grad ta’ Works Manager I jew Technical Officer III u li huma assimilati bħala “Uffiċjali fi Grad 9” jew “Grad 8” skont it-termini ta’ Taqsima 3 tal-Ftehim tal-Klassi Teknika, liema ħatra f’dan il-grad ġiet ikkonfermata; JEW 

(c) fil-grad ta’ Senior Technical Officer, liema ħatra f’dan il-grad ġiet ikkonfermata u li huma fil-pussess ta’ Higher Technician Diploma f’Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2003), jew ekwivalenti f’qasam rilevanti tekniku u ħames (5) snin esperjenza f’site project management u/ jew workforce supervision; JEW

(d) fil-grad ta’ Senior Technical Officer, u liema ħatra f’dan il-grad ġiet ikkonfermata u li huma fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta (sentejn (2) full-time jew ekwivalenti) f’Livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 120 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2003), f’qasam tekniku rilevanti segwit minn sentejn (2) esperjenza xierqa ppruvata u ħames (5) snin esperjenza f’site project management u/ jew workforce supervision; JEW

(e) fil-Klassi Teknika, liema ħatra f’din il-klassi ġiet ikkonfermata u li huma fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET krediti, jew ekwivalenti fir-rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2003), f’qasam tekniku jew kwalifika kumparabbli professjonali u ħames (5) snin esperjenza f’site project management u/ jew workforce supervision;

Il-Higher Technician Diploma hija meqjusa bħala kwalifika f'Livell 5 tal-Malta Qualification Framework (suġġetta għall-minimu ta’ 60 kreditu ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti). Persuna li jkollha kwalifika rikonoxxuta f'Livell 4 talMalta Qualification Framework (suġġetta għall-minimu ta’ 120 kreditu ECTS/ECVET , jew ekwivalenti), segwita b'sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata, titqies bħala li tissodisfa l-klawsola ‘Higher Technician Diploma’ jew kwalifika xierqa u kumparabbli li tinsab f’paragrafu 4.1 (c). Is-sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata, iżda, ma jistgħux jingħaddu wkoll bħala parti mill-ħames snin esperjenza oħra mandatorja f' site project management u/jew workforce supervision.

4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba. 

Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.  

4.4. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.5. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Ministry / Department :
Ministry for Health
Contact Person :
Maureen Mahoney
Address :
Director General (People Management)
Ministry for Health,
Palazzo Castellania, 15, Merchants Street,
Valletta, VLT 1171. 
Telephone :
+356 22992604
Email address :


  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.