Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Learning Support Educator Supplimentari (SLSE) fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Salarju
3.1. Is-salarju għall-pożizzjoni ta' SLSE huwa ekwivalenti għall-minimu ta' Skala ta' Salarju 15 li fl-2023 huwa ta' €16,452.64 fis-sena.
3.2. Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra kif jistgħu jkunu stipulati fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ SLSE jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża; U
iii. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta (Degree) fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 krettu tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) jew kwalifika komparabbli U għandhom fil-pussess tagħhom livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF jew għaddew mill-eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti flimkien ma’ kwalunkwe pass ieħor fil-livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF; JEW
iv. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta (Certificate) fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 30 krettu tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fl-Inclusive Education jew Early Childhood Education & Care jew Health & Social Care jew Hospitality jew Administrative & Secretarial jew kwalifika komparabbli U għandhom fil-pussess tagħhom livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF jew għaddew mill-eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti flimkien ma’ kwalunkwe pass ieħor fil-livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF; JEW
v. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 120 krettu tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fl-Early Childhood Education & Care jew Health & Social Care jew Hospitality jew Administrative & Secretarial jew kwalifika komparabbli U għandhom fil-pussess tagħhom livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF jew għaddew mill-eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti flimkien ma’ kwalunkwe pass ieħor fil-livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF; JEW
vi. fil-pussess ta’ kwalunkwe suġġett fil-Livell ta’ Matrikula Avvanzata Livell “A” (A-E) kwalifiki rikonoxxuti fil-Livell 4 tal-MQF U għandhom fil-pussess tagħhom livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF jew għaddew mill-eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru mid-Dipartiment tal-Eżamijiet fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti flimkien ma’ kwalunkwe pass ieħor fil-livell Ordinarju Livell “O” grad (A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) fil-Livell 3 tal-MQF.
vii. Hija ir-responsabbilità tal-applikant li japplika għal-eżami/eżamijiet ta’ Kwalifika u/jew għal-livell Ordinarju/SEC. It-Testijiet/il-kwalifiċi tal-Profiċjenza mhux ħa jiġu aċċettati.
* Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 30/120/180 ECTS/ECVET krettu (skont kif applikabbli), hekk kif applikabbli hija accetta biss suggett ghal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MFHEA li tigi sottomessa mal-applikazzjoni.
viii. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
5.2. (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat. Kwalifika ta’ Masters f’Livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti, għanda tinkludi minimu ta’ 90 krettu ECTS/ECVETS jew ekwivalenti*.
* Kwalifiki ta' Masters rikonuxxuta b'minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent ta' Masters mill-MFHEA li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.
(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni.
(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
5.3. L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet, mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
5.4. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
5.5. L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
5.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MFHEA, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation |
Contact Persons : | Edu Servizz.gov |
Address : | Great Siege Road,Floriana,VLT2000 |
Telephone : | 153 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.