Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | GPT to GP Eng |
Ara d-dokument | GPT to GP Mlt |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Preambolu
Skont il-Ftehim Kollettiv iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta (MAM) iffirmat fit-18 ta’ Frar 2022, il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita’ Attiva jistieden lill-Uffiċjali Pubbliċi fil- grad ta’ General Practitioner Trainee 2 (Skala ta’ Salarju 7), li jkunu fil-pussess ta’ Certifikat ta’ Speċjalist Mediku fil-Mediċina tal-Familja mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti, b’hekk b’dan jiġu eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħal speċjalist fil-Mediċina tal-Familja mal-Kunsill Mediku ta’ Malta biex jesprimu interess li jersqu għall-intervista biex jiġu promossi għall-grad ta’ General Practitioner.
Qed jiġi kkjarifikat li l-onus li wieħed jinforma lid-Direttorat/i bl-inklużjoni fir-Reġistru tal-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta jaqa’ fuq l-uffiċjal individwali li jkun ottjena tali rikonoxximent ta’ speċjalist.
Salarju
Skont l-applikazzjoni hawn annessa.
Dmirijiet
Skont dawk ta' General Practitioner.
Eliġibbiltà
2.1. Kandidati li jissottomettu l-interess tagħhom biex jiġu intervistati jkollhom bżonn li:
(i) jkunu mniżżla fil-lista tar-Reġistru tal-Ispeċjalisti tal-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew
(ii) jkunu approvati għall-inklużjoni fir-Reġistru tal-Ispeċjalisti tal-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew
(iii) (a) jkunu fil-pussess ta’ Certifikat ta’ Tlestija tat-Taħriġ (CCT) maħruġ mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti għall-Mediċina tal-Familja, li turi li l- applikant lesta tali taħriġ speċjalizzat hekk kif jista’ ikun ippreskrivat għall-ispeċjalita` rilevanti; jew
(b) jkun fil-pussess ta’ kwalifika ta’ speċjalist ekwivalenti għas-CCT għallMediċina tal-Familja, li kienet ħarġet mill-awtorita` kompetenti fi Stat Membru ieħor tal-UE, hekk kif imniżżel f’Parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att ta’ Malta tal-Professsjoni talKura tas-Saħħa; jew
(c) jkunu fil-pussess ta’ kwalunkwe kwalifika oħra ta’ speċjalist dment li din trid tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Malta talAkkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti, li tgħid li l-kwalifiċi/ esperjenza huma suffiċjenti li tabib ikun irreġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta bħala speċjalist fil-Mediċina tal-Familja.
2.2. Kandidati li jtemmu b’suċċess, eliġibbli taħt paragrafu 2.1. (iii) (b) u 2.1 (iii) (c) hawn fuq għandhom ikunu mniżżla fir-Reġistru ta’ Speċjalist għall-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta qabel il-ħatra.
2.3. Kandidati li japplikaw fit-termini ta’ paragrafu 2.1(iii) (b) u paragrafu 2.1(iii) (c) hawn fuq iridu jottjenu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti li tikkonferma li l-kwalifika tagħhom tista’ tkun ikkunsidrata bħala ekwivalenti għaċ-Certifikat ta’ Tlestija tatTaħriġ (CCT) ta’ Malta.
2.4. Kandidati li japplikaw skont it-termini ta’ paragrafu 2.1 (iii) (b) jew paragrafu 2.1(iii) (c) u li huma meħtieġa li jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kumitat tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti hekk kif speċifikat hemm, għandhom jinkludi kopja ta’ dik id-dikjarazzjoni mal-applikazzjoni tagħhom u jippreżentaw loriġinali waqt l-intervista. Kandidati mhux fil-pussess tad-dikjarazzjoni meħtieġa, xorta jistgħu japplikaw, dment li jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni hekk kif tkun disponibbli, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw din iddikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet mhux fil-kontroll tagħhom, jistgħu jitolbu għal estensjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien b’xahar ieħor lill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu lapplikazzjonijiet, u jindikaw b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien. Talbiet għal estensjonijiet itwal minn dan il-perjodu, għandhom jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal- Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. 3. Publikazzjoni tar-riżultat u proċess tal-appelli 3.1. Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla huwa approvat mis-Segretarju Permanenti (Saħħa), u d-data ta
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Saħħa u Anzjanita' Attiva/ Diviżjoni tal-People Management |
Contact Persons : | Mr J Chetcuti (health) / Ms Ch Schembri (Active Ageing) |
Address : | 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992600 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.