Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Competency Framework and Evaluation Programme għall-iStaff Nurses u Midwives li jwassal ġħall-Post ta' Senior Staff Nurse jew Senior Midwife

     Nru. ta' Referenza HR/MFH/20/2023


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 17/03/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 03/04/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English Document  
Ara d-dokument Maltese Document 
B'konformità mall-Ftehim Settorjali li jappartjeni għall-Klassi tal-Infermiera u Qwiebel impjegati fis-Servizz Pubbliku ffirmat fit-22 ta' Novembru 2018, id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tistieden applikazzjonijiet minn Uffiċċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta' Malta li huma fil-grad ta' Staff Nurse jew Midwife biex jissottometti applikazzjoni biex iwettqu l-Competency Framework and Evaluation Programme bl-għan li jiġu promossi għall-grad ta' Senior Staff Nurse jew Senior Midwife fi Skala ta' Salarju 8.

Is-salarju ta’ Senior Staff Nurse / Senior Midwife huwa ta’ Skala ta’ Salarju 8, li fis-sena 2023 hu €26,048.25, li jiżdied b’€486.83 fis-sena sa massimu ta’ €28,969.23 fis-sena.

Dmirijiet

Id-dmirijiet huma skond id-descrizzjoni tax-xogħol fir-rigward tal-post ta' Senior Staff Nurse / Senior Midwife.

Eliġibbiltà

Soġġett jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti, sal–15 ta’ Marzu 2023. L-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi:

Jew

(i) fil-grad ta' Staff Nurse /Midwife fi Skala ta' Salarju 9 li huma fil-pussess ta’ Degree f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 ECTS / ECVET krediti jew ekwivalenti) f'Nursing / Midwifery jew ekwivalenti, U li għandhom mill-inqas ħames (5) snin servizz ta’ nursing/midwifery sodisfaċenti fil-grad;

Jew

(ii) fil-grad ta' Staff Nurse / Midwife fi Skala ta' Salarju 9 li huma fil-pussess ta’ Diploma f’Livell 5 tal-MQF jew ekwivalenti (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS / ECVET krediti) f'Nursing / Midwery, U li għandhom għaxar (10) snin servizz ta’ nursing/midwifery sodisfaċenti fil-grad U fil-pussess ta' Warrant;

Jew

(iii) fil-grad ta’ Staff Nurse fi Skala ta’ Salarju 9 b'minn tal-inqas għaxar (10) snin servizz fil-klassi, li tlieta (3) minnhom għandhom ikunu servizz sodisfaċenti fil-grad ta' Staff Nurse;

Jew

(iv) fil-grad ta' Staff Nurse / Midwife fil-pussess ta' Masters Degree xieraq f’Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 ECTS / ECVETS krediti jew ekwivalenti) jew ogħla U li għandhom sentejn (2) servizz nursing/midwifery sodisfaċenti fil-grad; *Kwalifiki rikonoxxuti ta' Masters b'minimu ta' 60 kredtu ECTS/ECVET hija aċċettata biss soġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent tal-Master MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. Kwalifika ta’ Master rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 kredtu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 kredtu ECTS/ECVET.

Jew

(v) eliġibbli fis-sejħa preċedenti li ma jkunux temmew b'suċċess il-Competency Framework and Evaluation Programme.
Ministry / Department : Ministry for Health
Contact Persons : Ms. Maureen Mahoney
                                Director General (People Management)
Address : People Management Division,
                  Ministry for Health, 15,
                  Palazzo Castellania,
                  Merchants Street,
                   Valletta, VLT 1171
Telephone : +356 22992604
Email address : recruitment.health@gov.mt





  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.