Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Annex A-Senior Systems Administrator |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Systems Administrator fl-Information Management Unit fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta' tnax (12)-il xahar.
2.2 Is-salarju ta’ Senior Systems Administrator huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fis-sena 2025 huwa ta’ €30,506.98 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €33,694.00.
2.3 Persuna fil-grad ta' Senior Systems Administrator titla’ fi Skala 6 (€32,279.02 x €596.33 - €35,857.00 fis-sena 2025) wara tliet (3) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti u jekk tkun lestiet kors speċifiku ta' ICT Toolkit relatat ma' dan il-grad kif stabbilit minn żmien għal-żmien mill-Amministrazzjoni Ċentrali, (jiġifieri mingħajr il-ħtieġa li jitlesta il-Public Service Toolkit).
2.4 Persuna fil-grad ta’ Senior Systems Administrator tkun intitolata wkoll għall-Performance Bonus marbut sa massimu ta' 15% tas-salarju bażiku tiegħu. L-ammont pagabbli jiġi ddeterminat miċ-Chief Information Officer wara li tiġi kkunsidrata l-prestazzjoni tal-uffiċjal u, fejn japplika, kwalunkwe rakkomandazzjoni li titressaq mis-superjur immedjat tal-uffiċjal. Il-ħlas tal-bonus huwa suġġett għall-policies tal-Amministrazzjoni Ċentrali skont kif inhu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
a. Il-persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u suġġetta għall-kundizzjonijiet u l-obbligi li huma stipulati fil-Working Conditions for Officers Within the Information and Communications Technology (ICT) Class.
2.5 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
a. Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Systems Administrator jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.
i. ikunu profiċjenti fil-lingwa Ingliża;
Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
U
ii. Uffiċjali Pubbliċi fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (b'minimu ta' 180 ECTS/ECVETS jew ekwivalenti*) fil-Kompjuter u/jew ICT, jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli f'Livell 6 tal-MQF fil-Kompjuter u/jew ICT, flimkien ma' sentejn (2) esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT;
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 180 ECTS/ECVET kretti, hekk kif applikabbli hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.
JEW
iii. Uffiċjali Pubbliċi fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (b'minimu ta' 60 ECTS/ECVETS jew ekwivalenti*) fil-Kompjuter u/jew ICT, jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli f'Livell 5 tal-MQF fil-Kompjuter u/jew ICT, flimkien ma' erba' (4) snin esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT;
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET kretti, hekk kif applikabbli hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.
JEW
iv. Uffiċjali Pubbliċi fi Skala ta' Salarju mhux inqas minn Skala 11, b'seba' (7) snin esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT.
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 Uffiċjali Pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.4 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafi 4.1(ii) jew 4.1(iii) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu |
Contact Persons : | Ms Ann Marie Mifsud |
Address : | 331, Allied House, Triq San Pawl, Valletta |
Telephone : | (+356) 2204 3030 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.