Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur (People Management), Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Operations Manager fil-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.
Salarju
2.1. Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ (12) -il xahar.
2.2. Is-salarju ta’ Operations Manager huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fis-sena 2021 huwa ta’ €25,656 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €28,843.
2.3. Il-persuna nnominata tkun intitolata għal dawk il-benefiċċji l-oħra u suġġetta għal dawk il-kondizzjonijiet u obbligi oħra kif jkunu stipulati fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Unjoni kompetenti.
2.4. Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.
2.5 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Operations Manager jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkulari.
Eliġibbiltà
4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku għandom ikunu konfermati filħatra kurrenti tagħhom u:
a) Fil-grad ta’ Principal Technical Officer, li l-ħatra tagħhom f’dan il-grad tkun ġiet konfermata; JEW
b) Fil-grad ta’ Works Manager I jew Technical Officer III u li ġew assimilati bħala Officers in Grade 9 jew Officers in Grade 8 skont Sezzjoni 3 tal-Ftehim tal-Gradi Tekniċi u li l-ħatra tagħhom f’dan il-grad ġiet konfermata; JEW
c) Fil-grad ta’ Senior Technical Officer, li l-ħatra tagħhom f’dan il-grad tkun ġiet konfermata, u li huma filpussess ta’ mill-inqas Higher Technician Diploma (HTD) f’Livell 5 tal-MQF (suġġetta għall- minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti*) f'qasam tekniku relatat jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli f'Livell 5 tal-MQF, u li għandhom mhux inqas minn ħames (5) snin esperjenza f’site project management u/jew workforce supervision; JEW
d) Fil-grad ta’ Senior Technical Officer, li l-ħatra tagħhom f’dan il-grad tkun ġiet konfermata, u li huma filpussess ta’ kwalifika rikonoxxuta (ta’ sentejn (2) fuq bazi full-time jew ekwivalenti) f’ Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 120 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti*) f'qasam tekniku relevanti u li għandhom sentejn (2) esperjenza ta’ xogħol pruvata flimkien ma’ ħames (5) snin esperjenza f’site project management u/jew workforce supervision; JEW
e) Fil-Klassi Teknika, liema ħatra f’din il-klassi ġiet ikkonfermata u li huma fil-pussess ta’ Baċellerat rikonoxxut f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti*) f’qasam tekniku jew kwalifika rikonoxxuta professjonali kumparabbli f’Livell 6 tal-MQF u ħames (5) snin esperjenza f’site project management /jew workforce supervision.
Il-Higher Technician Diploma hija meqjusa bħala kwalifika f’Livell 5 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*). Persuna li jkollha kwalifika rikonoxxuta f’Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 120 kretti ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*), segwita b’sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata, titqies bħala li tissodisfa l-klawsola ‘Higher Technician Diploma’ jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli f’Livell 5 talMQF li tinsab f’paragrafu 4.1(c). Is-sentejn (2) esperjenza xierqa u ppruvata, iżda, ma jistgħux jingħaddu wkoll bħala parti mill-ħames (5) snin esperjenza oħra madatorja f’site project management u/jew workforce supervision.
* Fin-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/EVCET kretti jew sistema oħra ta’ kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta’ studju sottomess u jiddetermina li huwa kompoarabbli ma’ 60/120/180 ECTS/ECVET kretti. (skont kif applikabbli), jista’ jintalab il-parir tal-MQRIC.
4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba.
Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess ilkretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji ta' eliġibilta’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għallapplikazzjonijiet.
4.4. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.3 hawn fuq, mhux biss salħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.5. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għallapplikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Directorate | People Management Directorate, Minsitry for Transport, Infrastructure and Capital Projects |
Contact Person | Sharon Cauchi, Customer Care Unit |
Address | Block A, Francesco Buonamici Street, Floriana |
Telephone | 22927864 |
Email Address | recruitment.mtip@gov.mt |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.